Left arrow Mur Lura

IS-SEBA’ SKEMA TA’ SCHOLARSHIPS IMNEDIJA MILL-GVERN

pr2162
Date Icon 03/10/2012

Matul dawn l-aħħar snin il-Gvern ta’ aktar minn 2000 scholarship b’investiment ta’ €19 miljun biex aktar Maltin u Għawdxin, partikolarment żgħażagħ ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw u jispeċjaliżżaw f’oqsma li huma importanti għall-ekonomija tal-pajjiż, permezz ta’ sitt skemi differenti ta’ Boroż ta’ Studju kemm fil-livell tal-ewwel degree kif ukoll fil-livelli ta’ Masters u Dottorat. Barra minn dan, 1,900 persuna oħra ibbenefikaw mill-iskema My Potential u bejniethom ħadu €7 miljun fi tnaqqis mit-taxxa biex irkupraw l-ispejjeż li għamlu biex komplew jistudjaw.

Dan ħabbruħ il-Ministri Dolores Cristina u Tonio Fenech waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha niedew is-seba’ skema ta’ scholarships mill-Gvern magħrufa bħala Scholarships to Achieve Results (STAR).

Il-Ministru Cristina qalet li din l-iskema ta’ hi iffukata lejn min irid jikseb l-ewwel degree jew ċertifikazzjoni oħra ta’ Livell 6 fil-qafas tal-kwalifiki Maltin, fl-oqsma speċifiċi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni b’mod speċjali fil-qasam tal-Computer Games Design (u suġġetti relatati bħalma huma Programming għall-Computer Games, Sound, Animation, Design etc) u Servizzi Finanzjarji (u suġġetti marbuta magħhom bħalma huma Ekonomija, Mathematics, Banking u Accounting).

F’din l-iskema il-Gvern se jivvota €500,000 kull sena, għal tliet snin – jiġifieri total ta’ €1.5 miljun - għal Boroż ta’ Studju lil studenti li jridu jistudjaw dawn is-suġġetti f’istituzzjonijiet privati rikonoxxuti, ta’ edukazzjoni għolja u avvanzata f’Malta fuq bażi full time.

L-iskema se toffri għajnuna finanzjarja sa’ massimu ta’ €6000 kull sena lil kull student li jirbaħ l-ischolarship għal massimu ta’ tliet snin u flimkien ma’ dan, l-istudent ikun eliġibbli wkoll għall-Borża ta’ Studju taħt l-iskema tal-Undergraduate Scholarship Scheme.

Wieħed jista’ jara r-regolamenti u formola tal-applikazzjoni – li diġa’ jinsabu miftuħa, mis-sit elettroniku www.myscholarship.gov.mt

Qegħdin niffukaw fuq dawn l-oqsma partikolari għax l-esperjenza u l-istudji qed juruna li dawn iż-żewġ oqsma huma u se jibqgħu jkunu kruċjali fl-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.  Dawn huma oqsma li jiggarantixxu liż-żgħażagħ tagħna impjiegi imħallsa tajjeb ħafna u jekk ikollna nies imħarrġa f’dawn l-oqsma speċjalizzati pajjiżna jkun kapaċi jiġbed aktar investiment barrani u lokali.

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech spjega kif dawn l-ischolarships qed jingħataw biex aktar żgħażagħ ikunu megħjuna jkomplu jistudjaw f’żewġ setturi li qed joffru bosta opportunitajiet għall-Maltin u l-Għawdxin, il-Qasam tas-Servizzi Finanzjarji u s-Settur tad-Digital Gaming.

“Jekk inħarsu lejn is-settur tas-servizzi finanzjarji, dan illum qed jipprovdi aktar minn 12,000 impjieg – li jvarjaw f’jobs f’banek, ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-management ta’ funds, management ta’ investimenti, u oħrajn. Min-naħa l-oħra s-settur tad-digital gaming huwa realtà aktar riċenti li l-Gvern ukoll qed jinvesti fih, u li diġà qed iħalli l-frott tiegħu.”

Filwaqt li qal li l-kumpanija TRC Family Entertainment, li qed tiżviluppa logħba diġitali diġà tħaddem 100 persuna, huwa ħabbar li bħalissa qed jiġu kkunsidrati mal-10 proġetti oħra ta’ investimenti potenzjali f’dan is-settur.”

Il-Ministru Fenech fakkar lil dawk iż-żgħażagħ li ma jirnexxielhomx jiksbu waħda mill-ischolarships disponibbli, li jekk iħallsu għall-edukazzjoni  tagħhom jistgħu jieħdu lura l-investiment tagħhom, sa €20,000 permezz tal-iskema Get Qualified. Minn din l-iskema, diġà gawdew madwar 1,900 żgħażugħ li qed jiffrankaw €7 miljun mit-taxxa

Din hi s-Seba’ Skema ta’ Scholarships li nidejna fl-aħħar snin.  Dawn kienu:

STEPS: Investiment ta’ €10 miljun fl-aħħar 4 snin. Total ta’ 885 Borża ta’ Studju li 85 minnhom iwasslu għal Dottorat u 800 għal Masters

MGSS: Investiment ta’ €3.7 miljun fuq medda ta’ 6 snin.  Total ta’ 252 Borża ta’ Studju li minnhom 146 wasslu għal Dottorat u 169 għal Masters.

Arts Scholarships: Investiment ta’ €648,000 f’sentejn.  Ingħataw 36 Borża ta’ Studju.

Sports Scholarships:  Investiment ta’ €100,000 fl-ewwel sena u tajna 14-il Borża ta’ Studju.

MGSS Undergraduate:  Investiment ta’ €2.4 miljun f’ħames snin.  Ingħataw 622 Borża ta’ Studju.

Training Subsidy Scheme –Academic:  Din skema offruta mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Fl-ewwel sena b’investiment ta’ €1 miljun ingħataw 144 Borża ta’ Studju.

Training Subsidy Scheme – MCAST:  B’din l-iskema, l-MCAST investa €820,000 u tajna 70 Borża ta’ Studju oħra.

Dan ifisser li fl-aħħar sitt snin, il-Gvern investa €18.7 miljuni u ta 2023 Borża ta’ Studju f’livelli differenti, fosthom 231 għal Dottorat u 969 għal Masters.

Bl-iskema li qed inniedu llum qed ninvestu €500,000 kull sena għal perjodu ta’ tliet snin li bihom jistgħu jibbenefikaw madwar 80 student ieħor kull sena. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

Aktar Stqarrijiet Right arrow