Left arrow Mur Lura

DAR RESIDENZJALI ĠDIDA FIL-FGURA GĦALL-FONDAZZJONI WENS

pr2161
Date Icon 03/10/2012

Fi żjara li għamel f’dar residenzjali ġdida tal-FondazzjoniWens il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u Familja Chris Saidfaħħar l-impenn li daħlet għalih din il-Fondazzjoni biex ittejjeb il-livelltal-għajxien tal-persuni b’diżabilita’. 

Il-Fondazzjoni Wens twaqqfet 22 sena ilu bl-iskopli tilqa’ fiha persuni b’diżabilita’ li l-qraba tagħhom, għal xi raġuni jew oħra,ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom. 

Ix-xogħol ta’ dik li kienet Dar il-Wens beda b’darf’Raħal Ġdid li kienet takkomoda 10 residenti li bdew jitħarrġu fil-ħiliet ta’ ħajjaindipendenti, u biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Ftit snin wara infetħul-ewwel appartamenti f’Għajn Dwieli u madwar 10 snin ilu Dar il-Wens saretFondazzjoni.

Il-Fondazzjoni Wens eventwalment xtrat darfil-Kalkara li tranġat biex ikollha 12 –il kamra tas-sodda. Hawn beda jigioffrut servizz ta’ respite care unxtara appartament ieħor biex fil-preżent hemm 19 ‘il persuna fid-dartal-Kalkara u 11 f’żewġ appartamenti. Il-Fondazzjoni Wens ser taħdem ukoll fuq dar li tinsab biswit ir-residenzatal-Kalkara biex jiġu offrut taħriġ fil-ħiliet għal ħajja indipendenti. 

Fil-proġett tal-Fgura il-Fondazzjoni Wens għamletxogħol strutturali fis-sular eżistenti u bniet sular ieħor biex id-dar tkuntista’ takkomoda 14 –il persuna.  Danil-proġett se jiswa madwar Eur 350,000.

Il-Ministru Said qal li din is-sena l-FondazzjoniWens qed tibbenefika minn għajnuna mill-Gvern li tammonta għal madwar Eur160,000, u minn madwar Eur 20,000 għall-istruttura li tgħin lir-residentijiksbu ħiliet għal ħajja indipendenti. Ma’ dawn, il-Fondazzjoni tirċievi għajnuniet minn entitajiet oħra bħall-MCASTu l-Awtorita tad-Djar. 

Chris Said semma wkoll aġenziji oħra li jaħdmu mill-qribmal-Gvern f’dan is-settur u qal li grazzi għal din il-ħidma l-Aġenzija Sapportse tiftaħ żewġt idjar f’Birżebbuġa filwaqt li djar oħra se jinfetħu mid-Dartal-Providenza fil-Qawra u Dar Pirotta fil-Balluta.

Il-Ministru Said semma wkoll il-25 anniversarjutal-KNPD u qal li minn meta l-KNPD bdiet tagħti servizz fil-qasam tal-persunib’diżabilita’ seħħet bidla kbira fil-mentalita f’dan is-settur. 

Fil-qasam tax-xogħol huwa faħħar ‘il FondazzjoniWens li tikkolabora mal-privat biex tiftaħ il-bibien tal-impjiegi għal dawnil-persuni, u lill-kunsilli lokali li wkoll qed jgħinu f’dan il-qasam. 

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblikau Familja ħabbar ukoll li l-Ministeru tiegħu ikkummissjona studju dwar kif jistgħujinħolqu aktar servizzi fil-komunitajiet ħalli l-persuni b’diżabilita’ jkollhoml-aqwa servizz possibbli fil-lokalita’ tagħhom stess.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

Aktar Stqarrijiet Right arrow