DAR RESIDENZJALI ĠDIDA FIL-FGURA GĦALL-FONDAZZJONI WENS
Fi żjara li għamel f’dar residenzjali ġdida tal-FondazzjoniWens il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u Familja Chris Saidfaħħar l-impenn li daħlet għalih din il-Fondazzjoni biex ittejjeb il-livelltal-għajxien tal-persuni b’diżabilita’.
Il-Fondazzjoni Wens twaqqfet 22 sena ilu bl-iskopli tilqa’ fiha persuni b’diżabilita’ li l-qraba tagħhom, għal xi raġuni jew oħra,ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom.
Ix-xogħol ta’ dik li kienet Dar il-Wens beda b’darf’Raħal Ġdid li kienet takkomoda 10 residenti li bdew jitħarrġu fil-ħiliet ta’ ħajjaindipendenti, u biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Ftit snin wara infetħul-ewwel appartamenti f’Għajn Dwieli u madwar 10 snin ilu Dar il-Wens saretFondazzjoni.
Il-Fondazzjoni Wens eventwalment xtrat darfil-Kalkara li tranġat biex ikollha 12 –il kamra tas-sodda. Hawn beda jigioffrut servizz ta’ respite care unxtara appartament ieħor biex fil-preżent hemm 19 ‘il persuna fid-dartal-Kalkara u 11 f’żewġ appartamenti. Il-Fondazzjoni Wens ser taħdem ukoll fuq dar li tinsab biswit ir-residenzatal-Kalkara biex jiġu offrut taħriġ fil-ħiliet għal ħajja indipendenti.
Fil-proġett tal-Fgura il-Fondazzjoni Wens għamletxogħol strutturali fis-sular eżistenti u bniet sular ieħor biex id-dar tkuntista’ takkomoda 14 –il persuna. Danil-proġett se jiswa madwar Eur 350,000.
Il-Ministru Said qal li din is-sena l-FondazzjoniWens qed tibbenefika minn għajnuna mill-Gvern li tammonta għal madwar Eur160,000, u minn madwar Eur 20,000 għall-istruttura li tgħin lir-residentijiksbu ħiliet għal ħajja indipendenti. Ma’ dawn, il-Fondazzjoni tirċievi għajnuniet minn entitajiet oħra bħall-MCASTu l-Awtorita tad-Djar.
Chris Said semma wkoll aġenziji oħra li jaħdmu mill-qribmal-Gvern f’dan is-settur u qal li grazzi għal din il-ħidma l-Aġenzija Sapportse tiftaħ żewġt idjar f’Birżebbuġa filwaqt li djar oħra se jinfetħu mid-Dartal-Providenza fil-Qawra u Dar Pirotta fil-Balluta.
Il-Ministru Said semma wkoll il-25 anniversarjutal-KNPD u qal li minn meta l-KNPD bdiet tagħti servizz fil-qasam tal-persunib’diżabilita’ seħħet bidla kbira fil-mentalita f’dan is-settur.
Fil-qasam tax-xogħol huwa faħħar ‘il FondazzjoniWens li tikkolabora mal-privat biex tiftaħ il-bibien tal-impjiegi għal dawnil-persuni, u lill-kunsilli lokali li wkoll qed jgħinu f’dan il-qasam.
Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblikau Familja ħabbar ukoll li l-Ministeru tiegħu ikkummissjona studju dwar kif jistgħujinħolqu aktar servizzi fil-komunitajiet ħalli l-persuni b’diżabilita’ jkollhoml-aqwa servizz possibbli fil-lokalita’ tagħhom stess.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en