IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT IŻUR IL-FRESHER’S WEEK FL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA ORGANIZZATA MILL-KUNSILL STUDENTI UNIVERSITARJI
- Titnieda għall-ewwel darbail-European Youth Card li tagħti skont liż-żgħażagħ meta jixtru 60,000 prodott u servizz minn 38 pajjiż differenti, inklużf’Malta
- Titnieda mill-ġdid skemata’ sussidju għaż-żgħażagħ li jużaw il-faċilitajiet sportivi tal-KumplessSportiv Tal-Qroqq
L-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu żar il-freshers’ Week fl-Università ta’ Maltafejn żar l-istands tal-għaqdiettal-istudenti universitarji filwaqt li nieda inizjattivi ġodda għall-istudentiżgħażagħ.
Waqt iż-żjara tiegħu s-Segretarju Parlamentari żarl-istand mtella’ minnAġezija Żgħażagħ li din is-sena wkoll qed ikollha preżenza fil-freshers week tal-Università; l-JuniorCollege u l-MCAST. Fl-istand ta’Aġenzija Żgħażagħ l-Onor. Puli nieda il-European Youth Card għaż-żgħażagħMaltin sabiex dawn jibbenefikaw minn skontifuq hostels, lukandi, mużewijiet,ristoranti u ħwienet oħra kemm lokalment kif ukoll barra minnMalta.
Il-European Youth Card se tagħti opportunitàliż-żgħażagħ Maltin jibbenifkaw minn skonti li qed jiġu offruti fi 38 pajjiżdifferenti waqt li ż-żgħażagħ innifishom ikunu qed iżuru dawn il-pajjiżi kemmjekk għall-iskop ta’ istudju jew btala. Permezz ta’ din il-card madwar 4 miljun żagħżugħ/a minndawn il-pajjiżi qed jibbenifikaw minn60,000 skont.
Is-Segretarju Parlamentari saħaq li l-iskop ta’ dinil-card huwa li tikber aktar il-mobilità,tiżdied l-informazzjoni liz-żgħażagħ u li tħeġġeġ aktar liż-żgħażagħ biexjipparteċipaw aktar barra minnxtutna. Huwa tenna li permezz ta’ din il-card iż-żgħażagħ se jkollhom aċċessgħall-informazzjoni u skonti favorevoli kemm barra kif ukoll Malta.
Puli qal li din l-inzjattiva hija parti mill-empowerment programme ta’ AgenzijaŻgħażagħ li qed jagħti spazju liż-żgħażagħ ujagħmilha aktar faċli biex iż-żgħażagħ joħorgu l-potenzjal tagħhom u jiksbuħiliet b’mod nonformali u informali. B’dan il-programm iż-żgħazagħ qed isiruaktar kunfidenti minnhom infushom, qed jasserixxu l-identità tagħhom ut-transizzjoni mill-iskola għax xogħol qed issir b’mod aktar effikaci.
Fl-istess żjara l-Onor. Puli żar ukoll l-istand tal-Malta University Sports Club(MUSC) fejn hemmek nieda għal darb’oħra skema sportiva li l-KMS qed itella’flimkien mal-MUSC biex studenti Universitarji se jkunu jistgħu jagħmlu użutal-pixxina u tal-gym tal-KumplessSportiv Tal-Qroqq b’rati mnaqqsa. Hu ħabbar li f’dawn l-aħħar sentejn madwar2,500 student għamlu użu minndib l-iskema u użaw il-faċilitajiet sportivi fil-Kumpless Sportiv Tal-Qroqqb’rati issussidjati għall-istudenti.
Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda li flimkienmal-opportunitajiet kbar li l-Gvern qed jagħti fl-edukazzjoni għolja, il-Gvernqed jagħti wkoll opportunitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali li wkoll ikomplujtejbu l-ħiliet taż-żgħażagħ u jissarfu f’aktar opportunitajiet ta’ xogħolgħaż-żgħażagħ.
L-Onor. Puli, kien akkumpanjat mill-Presidenttal-Kunsill Studenti Universitarji, Mario Cachia.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en