Left arrow Mur Lura

RESPIRA – PROĠETT INTIŻ BIEX JEŻAMINA IL-KWALITÀ TAL-ARJA

pr2159
Date Icon 03/10/2012

Bl-intenzjoni li jiġi investigat aktar fil-fond ir-raġuni ta’ mard respiratorju fil-gżejjer Malti, il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed jagħmel ko-finanzjament ta’ proġett imsejjaħ RESPIRA, li permezz ta’ fondi Ewropej qiegħed ukoll jeżamina il-kwalità tal-arja li huma esposti għaliha tfal minn 11 sa 14-il sena u l-ġenituri tagħhom.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li l-proġett inbeda lejn tmiem Frar ta’ din is-sena u kien ispirat minn studji ppublikati minn Dr Martin Balzan u Prof. Stephen Montefort li wrew prevalenza għolja ta’ ażma ta’ bejn 10 u 12% fost it-tfal u l-kbar. L-istess studji wrew li hemm ukoll madwar 25% li jkollhom xi forma ta’ sintomi respiratorji waqt li ’l fuq minn 40% jgħidu li kellhom Hay Fever (sintomi ta’ allergiji fl-imnieħer).

Peress li studji barra minn Malta wrew li tniġġis ambjentali, speċjalment trab fin, magħruf bħala ‘Particulate Matter’ jista’ jikkawża u jiggrava mard respiratorju, f’Malta qed isir dan l-istudju f’sitt skejjel fuq tfal (ġuvintur u xebbiet) ta’ bejn 11 u 14-il sena.  Il-Ministru Cassar qal li sa issa saru studji fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, Liċeo tas-Subien, Ħamrun u Kulleġġ San Inazju, Liċeo Maria Reġina tal-Bniet, Ħamrun. F’dan l-istudju ġew pprovduti kampjuni tan-nies li jgħixu fiż-żona ċentrali ta’ Malta. Sa issa kien hemm parteċipazzjoni għolja, sew mit-tfal u l-ġenituri tagħhom, kif ukoll mill-għalliema u l-istaff amministrattiv tal-Kulleġġi.

Joe Cassar qal ukoll li huwa pożittiv li dan l-istudju qiegħed jiġbed l-interess. Fil-fatt kien hemm ukoll kollaborazzjoni kbira mill-pubbliku, u sar monitoraġġ fid-djar ta’ aktar minn 20 familja magħżula minn dawn il-Kulleġġi. Lil dawn il-familji sarulhom numru ta’ testijiet kliniċi bl-iskop li jiġu studjati l-allerġiji respiratorji permezz ta’ apparat li nxtara apposta permezz ta’ dan il-proġett.

Sa issa nġabru ’l fuq minn 400 Kwestjonarju miż-żewġ Kulleġġi u sar moniteraġġ dettaljat tal-arja interna f’numru ta’ klassijiet b’apparat sofistikat li nxtara bil-fondi li ngħataw permezz tal- Programm Operattiv Italia – Malta 2007 – 2013.

Il-Ministru Joe Cassar qal li l-pass li jmiss hu dak li jsir moniteraġġ fil-Kulleġġi ta’ Santa Margerita fil-Liċeo tas-Subien,  f’Bormla u l-liċeo tal-bniet, fiż-Żejtun fejn se jinġabru kampjuni għall-inħawi tan-nofsinnhar ta’ Malta, speċjalment fiż-żoni urbani ta’ madwar il-Port il-Kbir.

Dr Martin Balzan qal li RESPIRA, li qiegħed isir b’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet tas-saħħa Taljani,  huwa ffinanzjat mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita (15%) u mill-Fond Ewropew Għall-Iżvilupp Reġjonali, Italia Malta 2007 - 2013 (85%).  Dr Balzan qal li, apparti l-kwestjonarji, l-istudju qed isir ukoll bil-għajnuna ta’ apparat modern li jista jkejjel ħafna minn dawk li huma maħsuba li huma l-kaġun ta mard respiratorju.  Filwaqt li spjega kif dan l-apparat qiegħed jaħdem u jiġbor l-informazzjoni meħtieġa, se jkun jista’ jagħti informazzjoni utli lill-professjonisti tas-saħħa dwar il-kawża ta’ mard respiratorju.

Hu appella għall-kollaborazzjoni ta’ dawk kollha li ser jiġu avviċinati biex jieħdu sehem fl-istudji. 

Il-Ministru Cassar qal li bis-saħħa tal-imsieħba tal-proġett ser ikunu jistgħu jitqabblu r-riżultati miksuba.  Dan ukoll jiddetermina x’passi jistgħu jittieħdu f’dan ir-rigward.  Hu rringrazzja lill-familji kollha li pparteċipaw s’issa, filwaqt li appella lill-familji ta’ dawn l-iskejjel fejn se jsir l-istudju sabiex juru l-istess kooperazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

Aktar Stqarrijiet Right arrow