STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INTERN
L-eżami tal-liċenzja “B” ittejjeb l-istandards u s-sigurtà fil-qasam tal-logħob tan-nar
L-Oppożizzjoni Laburista tipprova tieħu vantaġġ politiku rħis meta taf li r-riżultati tal-eżami qed jinħarġu mil-lum
L-Onor. Michael Falzon dalgħodu pprova jieħu vantaġġ politiku rħis dwar il-ħruġ tar-riżultati tal-eżami tal-liċenzja “B” għal min jimmanifattura l-logħob tan-nar. Michael Falzon kien jaf li dawn ir-riżultati bdew jinħarġu illum!
Din hija l-ewwel darba li sar eżami bil-miktub għall-għoti tal-liċenzja ”B” f’pajjiżna. Dan l-eżami sar fi tmiem kors estensiv li kopra suġġetti bħall-kimika, il-prevenzjoni tal-inċidenti, il-liġi li tirregola dan is-settur u l-first aid fost l-oħrajn. Dan l-eżami huwa frott ir-riformi li qegħdin jitwettqu f’dan is-settur u se jkompli jtejjeb l-istandards u s-sigurtà fil-manifattura tan-nar.
Kuntrarju għal dak li qed jgħid l-Onor. Michael Falzon, il-maġġoranza kbira ta’ kandidati li attendew għal dan il-kors diġà kellhom il-liċenzja “D”, li permezz tagħha xorta setgħu jidħlu fil-kmamar tan-nar rispettivi tagħhom kif inhu stipulat fil-liġi. Dan ifisser li l-kmamar tan-nar baqgħu jaħdmu kif jaħdmu ta’ kuljum tul il-proċess tal-ikkompilar tar-riżultati. Ir-resits ta’ dan l-eżami se jsiru f’Novembru li ġej.
Filwaqt li l-Onor. Michael Falzon għażel li jilgħab il-logħob politiku, il-Gvern qed ikompli jwettaq riformi importanti biex isaħħaħ l-istandards u s-sigurtà fis-settur tan-nar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en