Left arrow Mur Lura

BEJGĦ TA’ 3,000 QABAR FIĊ-ĊIMITERJU TA’ SANTA MARIJA ADDOLORATA

pr2153
Date Icon 03/10/2012

Ġie ppublikat avviż legali li se jiftaħ it-triq biex jinbiegħu 3,000 qabar ġdid fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.  Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Joe Cassar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw id-dettalji tal-kontenut tal-avviż legali.

Il-Ministru Cassar qal li dan se jagħti opportunità lil min jixtieq jixtri l-qabar tiegħu. Il-prezz tal-oqbra se jkun dak ta’ 5,000 ewro. Matul il-jiem li ġejjin kull min jista’ jkun intitolat li jixtri qabar għandu jircievi ittra biex jibda il-proċess biex isir il-konvenju. Dawn se jkollhom data sa meta jkunu jistgħu jirrispondu biex imbgħad isir l-arranġament u jsir id-depożitu.

Joe Cassar ħabbar ukoll li l-ġimgħa d-dieħla għandu jingħalaq ukoll it-tendering process għall-kostruzzjoni u r-restawr taċ-ċimiterju eżisteni.  B’hekk ix-xogħol huwa mistenni li jibda mill-aktar fis possibbli u l-Gvern ikun f’pożizzjoni li jista’ jintrabat ukoll biż-żmien sa meta ser jagħti l-oqbra lil dawk li jkunu għamlu d-depositu.

L-istess Avviż Legali jkopri wkoll  sitta u sebgħin qabar fiċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa li qed isir b’kooperazzjoni mal-Kunsill Lokali.  Dawn l-oqbra ser jinbiegħu bl-istess sistema. 

Qed jiġi ppjanat ukoll żvilupp fiċ-Ċimiterju ta’ Sant’Antnin limiti tal-Imdina li meta jkun il-waqt jitħabbru wkoll l-oqbra għall-bejgħ.

Dawn l-oqbra ħa jkunu wkoll għall-prezz ta’ ħamest elef ewro kif imħabbar fl-istess Avviż Legali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

Aktar Stqarrijiet Right arrow