BEJGĦ TA’ 3,000 QABAR FIĊ-ĊIMITERJU TA’ SANTA MARIJA ADDOLORATA
Ġie ppublikat avviż legali li se jiftaħ it-triq biex jinbiegħu 3,000 qabar ġdid fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata. Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Joe Cassar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw id-dettalji tal-kontenut tal-avviż legali.
Il-Ministru Cassar qal li dan se jagħti opportunità lil min jixtieq jixtri l-qabar tiegħu. Il-prezz tal-oqbra se jkun dak ta’ 5,000 ewro. Matul il-jiem li ġejjin kull min jista’ jkun intitolat li jixtri qabar għandu jircievi ittra biex jibda il-proċess biex isir il-konvenju. Dawn se jkollhom data sa meta jkunu jistgħu jirrispondu biex imbgħad isir l-arranġament u jsir id-depożitu.
Joe Cassar ħabbar ukoll li l-ġimgħa d-dieħla għandu jingħalaq ukoll it-tendering process għall-kostruzzjoni u r-restawr taċ-ċimiterju eżisteni. B’hekk ix-xogħol huwa mistenni li jibda mill-aktar fis possibbli u l-Gvern ikun f’pożizzjoni li jista’ jintrabat ukoll biż-żmien sa meta ser jagħti l-oqbra lil dawk li jkunu għamlu d-depositu.
L-istess Avviż Legali jkopri wkoll sitta u sebgħin qabar fiċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa li qed isir b’kooperazzjoni mal-Kunsill Lokali. Dawn l-oqbra ser jinbiegħu bl-istess sistema.
Qed jiġi ppjanat ukoll żvilupp fiċ-Ċimiterju ta’ Sant’Antnin limiti tal-Imdina li meta jkun il-waqt jitħabbru wkoll l-oqbra għall-bejgħ.
Dawn l-oqbra ħa jkunu wkoll għall-prezz ta’ ħamest elef ewro kif imħabbar fl-istess Avviż Legali.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en