Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JGĦIN LILL-ISKEJJEL INDIPENDENTI

pr2146
Date Icon 02/10/2012

Il-Gvern se jkun qed jgħin lill-Iskejjel Indipendenti b’Fond ta’ milljun ewro biex dawn ikunu jistgħu jinvestu f’servizzi relatati mal-bżonnijiet individwali tal-istudent, f’Investiment f’apparat tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni, softwer u liċenzji; f’titjib fil-faċilitajiet tax-xjenza;f’titjib fil-faċilitajiet sportivi;  u f’titjib fl-iżvilupp professjonali tal-għalliema fl-iskejjel indipendenti. Dan tħabbar waqt żjara tal-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina u l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomiaj u Investiment Tonio Fenech fil-Kulleġġ St. Martin’s fis-Swatar.

Il-Ministru Dolores Cristina qalet li f’Lulju li għadda nidejna skema bl-iskop li tipprovdi għajnuna lill-iskejjel Indipendenti fejn jindħlu servizzi u faċilitajiet marbuta mar-riforma fil-qasam tal-edukazzjoni primarja u sekondarja.  Dan sar wara proċess ta’ konsultazzjoni ma’ dawn l-iskejjel biex ikun assigurat li l-istudenti kollha, imorru fejn imorru skola, jibbenefikaw mill-bidliet li qed isiru.

Il-Gvern Nazzjonalista dejjem qies il-kontribut qawwi li l-iskejjel indipendenti jagħtu għas-sistema edukattiv ta’ pajjiżna u jħoss li fil-pajjiż dawn hawn bżonnhom u għalhekk jibqa’ jgħinhom b’diversi modi fosthom b’din l-iskema.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni esprimiet is-sodisfazzjon tagħha meta tara li l-Iskejjel Indipendenti, bħall-iskejjel tal-Knisja, qed jaħdmu id f’id mal-iskejjel tal-Istat u jikkollaboraw flimkien fit-tiġdid u r-riformi li qed isiru fl-edukazzjoni kemm jekk hu l-kurrikulu nazzjonali, l-introduzzjoni tas-sistema tal-benchmarking u diversi riformi oħra.

Bl-għajnuna lill-iskejjel Indipendenti il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ id-dritt tal-għażla tal-ġenituri li jagħżlu huma fejn jixtiequ li uliedhom jieħdu l-edukazzjoni tagħhom.

Il-Ministru Cristina fakkret ukoll li l-Gvern qed iħallas għas-servizzi tal-Learning Support Assistant għal tfal fl-iskejjel indipendenti li jkollhom bżonn dan is-servizz u li  anke l-Istipendju kienu estiżi għal studenti fis-Sixth Forms ta’ skejjel indipendenti bħalma hu St. Martin’s College.

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija  Investiment Tonio Fenech spjega kif l-għan tal-Gvern huwa li nibqgħu nagħtu l-aqwa edukazzjoni possibbli lill-uliedna u l-Gvern jemmen li l-familji Maltin għandu jkollhom l-għażla f’liema skejjel   jibgħatu   lil   uliedhom. Dan huwa ghaliex il-Gvern iħares lejn l-edukazzjoni b’mod olistiku: “Qed ninvestu fl-Iskejjel tal-Gvern, qed ninċentivaw ukoll l-iskejjel tal-Knisja u nirrikonoxxu li l-iskejjel privati qed  jagħtu  kontribut  qawwi  u  importanti  lis-settur  ta’  l-edukazzjoni. “

Huwa fakkar ukoll li l-Gvern qed jgħin lil dawk il-ġenituri li jibgħatu l-uliedhom fl-iskejjel indipendenti. Kull sena, madwar 4,400 familja jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa.


Fl-aħħar Baġit, din l-għajnuna reġgħet żdiedet:
• minn €1,200 għal €1,300 fil‐livell ta’ daycare, reception u kindergarten;
• minn €1,200 għal €1,600 fil‐livell ta’ primarja; u
• minn €1,600 għal €2,300 fil‐livell ta’ sekondarja.

Fl-aħħar 4 snin, dawn il-familji gawdew bejniethom tnaqqis ta’ 23 miljun ewro fi tnaqqis mit-taxxa li jfisser iffrankar ta’ madwar 8 miljun ewro.


L-iskema mnedija llum hi għal servizzi u xogħlijiet li saru sa mill-1 ta’ Jannar 2012, u huwa valida għal tliet snin. Il-fondi jiġu allokati skont in-numru ta’ studenti reġistrati fil-bidu ta’ kull sena skolastika kif approvat uffiċjalment mid-Direttorat tal-Kwalita’ u l-iStandards fl-Edukazzjoni.  L-allokazzjoni massima għall-2012 hija:


• €95 għal kull wild fil-kindergarten
• €145 għal kull student fl-iskola primarja
• €170 għal kull student fl-iskola sekondarja (jiġifieri inkluża l-Form 5).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

Aktar Stqarrijiet Right arrow