AKTAR POSSIBILITAJIET FIL-QASAM TAS-SAHHA
Iffirmat Ftehim bejn il-Gvern Malti u dak Ciniz dwar medicina kumplimentari u alternattiva
Waqt laqgha li saret bejn il- Ministru ghas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar u l-Ministru ghas-Sahha tac-Cina, Prof Chen Zhu, gie ffirmat ftehim ta kollaborazzjoni bejn iz-zewg pajjizi dwar medicina kumplimentari u alternattiva.
Waqt id-diskussjonijiet gew diskussi aspetti ta kif ic-Centru Regjonali tal-Mediterran dwar il-kura tradizzjonali Ciniza, li jinsab f’Kordin, jista jwessa id-dimensjoni tieghu sabiex jizviluppa firxa aktar wiesa ta servizzi u jipprovdi tahrig kemm lill-professjonisti Maltin u wkoll dawk barranin. Il-Gvern Ciniz qabel ma din il-proposta li kienet giet imressqa mil-Ministru Cassar u offra kull ghajnuna biex dan isehh.
Matul din iz-zjara gie ffirmat ftehim ta kooperazzjoni bejn iz-zewg ministeri bl-iskop li :
1. Titkompla u tissahhah il-kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi sabiex jitmexxa ic-Centru Regjonali tal-Mediterran dwar il Kura Tradizzjonali Ciniza, u jipprovdi servizz kemm ghal pazjenti Maltin kif ukoll dawk barranin
2. Professjonisti Cinizi li huma kkwalifikati fil-Kura Tradizzjonali Ciniza jipprovdu servizz f’dan ic- centru
3. Ic-centru jipprovdi tahrig lill professjonisti fil-qasam tas-sahha dwar din it-tip ta kura
4. Ic-Centru jikkolabora mal-Universita ta Malta dwar tahrig fil-Kura Tradizzjonali Ciniza
F’laqghat ohra mall-Vici Gvernatur He Quan u ufficcjali tal-Ministeru tas-Sahha mill-provincja ta Jiangsu, liema provincja kienet responsabbli sabiex tipprovdi l-professjonisti ghac-centru ta Kordin, intlahaq qbil li jkomplu d-dikussjonijiet fuq livell tekniku sabiex ic-Centru ta’ Kordin jizviluppa f’ Centru Regjonali ghall Kura Tradizzjonali Ciniza ghall-Mediterran kollu.
Il-Ministru Chen Zhu ha l-opportunita sabiex jirringrazzja lill-Gvern u l-poplu Malti ghall-appogg u s- solidarjeta u l-ghajnuna li nghatat lill haddiema Cinizi li gew evakwati matul il-krizi fil-Libya filwaqt li awgura li l-kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi tkompli timmatura u titkattar fis-snin li gejjin.
Il-Ministru Cassar esprima s-sodisfazzjon tieghu dwar l-andament ta’ din iz-zjara u qal li dan huwa pass iehor sabiex il-kura tas-sahha f’Malta tigi ddiversifikata u mtejba ghal gid tal-pazjenti.
Il-Ministru Cassar, li mexxa delegazzjoni Maltija, kellu wkoll diskussjonijiet bilaterali ma ufficcjali tal-Ministeru ghas-Sahha Ciniz kif ukoll zjarat fi sptarijiet f’Beijing u Nanjing.
Stqarrijiet Oħra:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en