Left arrow Mur Lura

115,000 SIĠRA IMĦAWWLA F’PAJJIŻNA FIL-KAMPANJA 34U. AKTAR IMSAĠAR ĠODDA BIEX IT-TFAL JIKBRU B’SAĦĦITHOM

pr2125
Date Icon 29/09/2012

Stqarrija b’referenza għal dak li qalet l-FAA (Flimkien ghal Ambjent Ahjar)

Permezz tal-kampanja 34U li qed jagħmel il-Gvern, sa issa diġa tħawwlu aktar minn 115,000 siġra.  Is-siġar kollha li tħawwlu madwar il-pajjiż permezz tat-34U huma kollha siġar indiġeni Maltin bħas-siġar taż-żebbuġ, l-għargħar, siġar tal-luq, tal-ħarrub, u tal-ballut.

Kull sena qed jitħawwlu wkoll medja ta’ żewġ miljun fjura u pjanta fir-roundabouts u cenral strips.  Dawn qed jitħawwlu biex pajjiżna jkollu dehra mill-isbaħ b’siġar, pjanti u fjuri matul is-sena kollha.  Dan hu wkoll ta’ ġid għal saħħet it-tfal u l-familji.

L-aktar 6 postijiet li fihom tħawwlu siġar permezz tat-34U huma f’Ta’ Qali b’ammont li jaqbeż l-20,000 siġra, is-Salina fejn tħawwlu aktar minn 12,000, Xrobb l-Għagin b’aktar minn 14,500, il-Magħtab  b’madwar 13,000 siġra, fil-Mellieha tħawwlu  ‘l fuq minn 11,000,  filwaqt li f’Marsaskala tħawwlu qrib l-10,000 siġra.

Permezz ta’ tħawwil ta’ aktar siġar żdiedu l-postijiet ta’ rikreazzjoni biex it-tfal u l-familji jiltaqgħu u jilagħbu f’ambjent tajjeb għal saħħithom.  Dawn jinkludu:

  • il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali fejn saru erba’ estensjonijiet u se jkompli jitkabbar
  • il-Park Nazzjonali tas-Salini fejn fl-aħħar snin ġie msebbaħ u estiż b’aktar siġar
  • Park fi Xrobb l-Ġħaġin f’Marsaxlokk,
  • Masġar tas-siġar taż-Żebbuġ f’San Ġwann,
  • Foresta 2000 fil-Mellieħa
  • Il-Park tal-Majjistral fil-Mellieħa
  • Ġnien Kottonera f’Bormla
  • camping area bi 3,000 siġra f’Għajn Tuffieħa

Il-Gvern għaddej ukoll b’ħidma biex il-miżbliet il-magħluqa wkoll jinbiddlu f’Parks b’aktar siġar li jagħtu arja nadifa flok skart li jniġġeż l-ambjent kif kienu qabel.   Biex il-familji jgħixu aħjar b’aktar spazju rikreativ u b’arja aktar nadifa qed isir Park tal-Familja f’Wied il-Għajn, fil-Magħtab u fil-Qortin f’Għawdex. Barra minn hekk il-Gvern qed jagħmel proġett biex id-ditch ta’ taħt is-swar tal-Birgu u l-Imdina jsiru ġonna kif ukoll qed isir park għall-familja fil-Mellieħa. 

F’Għawdex ġew imħawwla madwar 93,500 siġar, arbuxelli u pjanti.  Dawn jinkludu dawk li ġew imħawla fi Mġarr Grove bħala parti minn proġett ta’ afforestazzjoni u dawk f’Villa Rundle.

Fejn ikun se jsir proġett ġdid, kemm jista’ jkun is-siġar jiġu integrati fil-proġett.  Fejn ma jkunx possibbli, l-ewwel għażla tkun li kemm jista’ jkun dawn jibqgħu fl-istess żona.  Jekk dan ma jkunx possibbli, dawn jiġu imħawwla f’post ieħor jew jitħawwlu ammont sostanzjalment akbar ta’ siġar biex jagħmlu tajjeb għas-siġra li tkun tneħħiet mill-post li kienet fih.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

Aktar Stqarrijiet Right arrow