115,000 SIĠRA IMĦAWWLA F’PAJJIŻNA FIL-KAMPANJA 34U. AKTAR IMSAĠAR ĠODDA BIEX IT-TFAL JIKBRU B’SAĦĦITHOM
Stqarrija b’referenza għal dak li qalet l-FAA (Flimkien ghal Ambjent Ahjar)
Permezz tal-kampanja 34U li qed jagħmel il-Gvern, sa issa diġa tħawwlu aktar minn 115,000 siġra. Is-siġar kollha li tħawwlu madwar il-pajjiż permezz tat-34U huma kollha siġar indiġeni Maltin bħas-siġar taż-żebbuġ, l-għargħar, siġar tal-luq, tal-ħarrub, u tal-ballut.
Kull sena qed jitħawwlu wkoll medja ta’ żewġ miljun fjura u pjanta fir-roundabouts u cenral strips. Dawn qed jitħawwlu biex pajjiżna jkollu dehra mill-isbaħ b’siġar, pjanti u fjuri matul is-sena kollha. Dan hu wkoll ta’ ġid għal saħħet it-tfal u l-familji.
L-aktar 6 postijiet li fihom tħawwlu siġar permezz tat-34U huma f’Ta’ Qali b’ammont li jaqbeż l-20,000 siġra, is-Salina fejn tħawwlu aktar minn 12,000, Xrobb l-Għagin b’aktar minn 14,500, il-Magħtab b’madwar 13,000 siġra, fil-Mellieha tħawwlu ‘l fuq minn 11,000, filwaqt li f’Marsaskala tħawwlu qrib l-10,000 siġra.
Permezz ta’ tħawwil ta’ aktar siġar żdiedu l-postijiet ta’ rikreazzjoni biex it-tfal u l-familji jiltaqgħu u jilagħbu f’ambjent tajjeb għal saħħithom. Dawn jinkludu:
- il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali fejn saru erba’ estensjonijiet u se jkompli jitkabbar
- il-Park Nazzjonali tas-Salini fejn fl-aħħar snin ġie msebbaħ u estiż b’aktar siġar
- Park fi Xrobb l-Ġħaġin f’Marsaxlokk,
- Masġar tas-siġar taż-Żebbuġ f’San Ġwann,
- Foresta 2000 fil-Mellieħa
- Il-Park tal-Majjistral fil-Mellieħa
- Ġnien Kottonera f’Bormla
- camping area bi 3,000 siġra f’Għajn Tuffieħa
Il-Gvern għaddej ukoll b’ħidma biex il-miżbliet il-magħluqa wkoll jinbiddlu f’Parks b’aktar siġar li jagħtu arja nadifa flok skart li jniġġeż l-ambjent kif kienu qabel. Biex il-familji jgħixu aħjar b’aktar spazju rikreativ u b’arja aktar nadifa qed isir Park tal-Familja f’Wied il-Għajn, fil-Magħtab u fil-Qortin f’Għawdex. Barra minn hekk il-Gvern qed jagħmel proġett biex id-ditch ta’ taħt is-swar tal-Birgu u l-Imdina jsiru ġonna kif ukoll qed isir park għall-familja fil-Mellieħa.
F’Għawdex ġew imħawwla madwar 93,500 siġar, arbuxelli u pjanti. Dawn jinkludu dawk li ġew imħawla fi Mġarr Grove bħala parti minn proġett ta’ afforestazzjoni u dawk f’Villa Rundle.
Fejn ikun se jsir proġett ġdid, kemm jista’ jkun is-siġar jiġu integrati fil-proġett. Fejn ma jkunx possibbli, l-ewwel għażla tkun li kemm jista’ jkun dawn jibqgħu fl-istess żona. Jekk dan ma jkunx possibbli, dawn jiġu imħawwla f’post ieħor jew jitħawwlu ammont sostanzjalment akbar ta’ siġar biex jagħmlu tajjeb għas-siġra li tkun tneħħiet mill-post li kienet fih.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en