Left arrow Go Back

IS-SEBA’ SKEMA TA’ SCHOLARSHIPS GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ IMNEDIJA MILL-GVERN

pr2118
Date Icon 28/09/2012

Wara s-suċċess miksub mid-diversi skemi ta’ Boroż ta’ Studju offruti mill-Gvern fl-aħħar snin u r-rispons qawwi miż-żgħażagħ għal dawn l-iskemi, kien deċiż li titnieda skema oħra ta’ scholarships għal studji fil-qasam tal-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni u s-Servizzi Finanzjarji.

Din l-iskema hi mmirata għal żgħażagħ li jixtiequ jkomplu jistudjaw fl-oqsma imsemmija li huma oqsma li l-pajjiż se jkollu bżonn aktar nies imħarrġa u gradwati fihom.

Din se tkun is-seba’ skema ta’ Scholarships li l-Gvern qed joffri kemm fil-livell tal-ewwel degree kif ukoll għal studji li jwasslu għal Masters jew Dottorat.

Filwaqt li aktar kmieni dan ix-xahar, ingħataw li Scholarships fil-qasam tal-Isport u fil-qasam tal-Arti, fl-aħħar jiem ħarġu r-riżultati tal-iScholarships fl-iskema STEPS u MGSS. Dan wara li aktar kmieni din is-sena, tqassmu scholarships offruti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u dalwaqt jitħabbru r-rebbieħa u jitqassmu scholarships taħt skema imnedija mill-MCAST.

Permezz ta’ din l-iskema l-ġdida, il-Gvern qed jagħti aktar opportunitajiet lil min irid ikompli jistudja f’istituzzjonijiet indipendenti rikonoxxuti u jikseb degree f’oqsma marbuta mat-Teknoloġija tal-Informatika u Komunikazzjoni jew fis-Servizzi Finanzjarji.

Dettalji ta’ din l-iskema mistennija jitħabbru l-ġimgħa d-dieħla.  Din l-iskema ġdida ta’ Boroż ta’ Studju tkompli turi l-impenn tal-Gvern li jgħin u jiffaċilita t-triq għal min irid ikompli jistudja wara l-edukazzjoni obbligatorja, f’oqsma u livelli differenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow