Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1995
Date Icon 13/09/2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-konferenza stampa tal-Kelliem tal-Opposizzjoni l-Onor. Agius Decelis.

Il-Ministeru jinnota li kull darba li jitkellem l-Onor Agius Decelis fuq is-settur argrikolu, jiżbalja u juri kemm hu maqtugħ mir-realtajiet tas-settur.

Dwar l-apparat tal-grading għal Pitkalija, l-Onor Agius Decelis huwa żbaljat u ma jafx li din il-magna nxtrat u ingħatat lil għaqda tal-produtturi tal-bdiewa biex titħaddem minnhom.

L-Onor Agius Decelis lanqas ma hu konxju dwar il-każ tal-Pitkali Crates. Kieku l-Onor Agius Decelis irid verament il-ġid għal bdiewa u jaf eżattament x’qed jiġri, missu tkellem dwar l-istat ħażin li kienu jinżammu l-kaxxi qabel ma l-Gvern intervjena biex illum il-bdiewa jġorru l-prodotti tagħhom f’kaxxi nodfa. Il-Ministeru jiddubita jekk l-Onor Agius Decelis qattx ra l-kaxxi tal-bdiewa kif kienu jinżammu qabel intervjena l-Gvern.

Dwar il-proġett marbut mal-esportaturi tal-patata, l-Onor Agius Deċelis ma jafx li l-Gvern identifika art u fuqha diġa ġab il-permessi neċessarji biex jinbnew tined ġodda, biss il-Gvern għandu alternattiva oħra f’idu li qed jevalwaha qabel ma tittieħed deċiżjoni finali biex din tkun verament fl-aħjar ineteress tal-produtturi tal-patata.

Dwar ir-riforma tal-Pitkalija l-Gvern sal-lum:

1. issottometta applikazzjoni għal fondi tal-Unjoni Ewropea ħalli jitwettaq programm pilota biex janalizza sistemi ġodda fl-operat tal-Pitkalija bi sħab mal-koperattiva tal-bdiewa (l-FCCS);

2. għaddej xogħol infrastrutturali fejn diġa nbidlet tinda fejn saret waħda ġdida u moderna;

3. beda l-proċess biex jibda l-pjan tal-uċuħ tar-raba; u

4. qed isiru l-aħħar tħejjijiet ħalli jiddaħħlu proċessi aktar trasparenti ħalli l-bidwi jitħallas ta’ xogħlu. Ix-xogħol infrastrutturali, ristrutturar u s-sitema tal-IT biex issir ir-riforma fil-Pitkalija hu stmat li jiġi jiswa madwar €6 miljun. 

Il-prinċipji li bihom il-Gvern qed jimxi biex issir ir-riforma fil-Pitkalija huma biex: l-bidwi jikseb valur xieraq u adattat għall-prodott tiegħu li jkun marbut ma’ grading; li l-bidwi jkun jaf x’qed isir mill-prodott tiegħu; u li r-rwol tal-pitkal ikun dak ta’ sensar.

L-Onor Agius Decelis għandu jgħid jekk jaqbilx mar-riforma tal-Pitkalija ?

Is-settur agrikolu f’pajjiżna qed jitrasforma ruħu b’mod li fl-aħħar snin sar l-akbar investiment fis-settur agrikolu permezz tal-fondi tal-iżvillupp Rurali tal-Unjoni Ewropea. Il-bdiewa ngħataw għajnuna sa 50% fuq l-investiment propost. Sal-lum, f’miżura waħda biss, kien hemm ‘l fuq minn €50 miljun ta’ investiment propost mill-bdiewa, liema investiment nofsu jrid joħorġu l-bidwi stess. Dan hu altru milli ċetifikat ta’ fiduċja.

Li kien għall-Onor. Agius Decelis u sħabu, bil-parternship li riedu jdaħħlu flok is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-bidwi kien ikun miftuħ għas-suq ħieles xorta bid-differenza li ma jkunx eleġibbli u ma jingħatax ċenteżmu t’għajnuna mill-Unjoni Ewropea.  B’hekk il-prodott tal-bidwi Malti kien ikollu jikkompeti mal-prodott ta’ barra, minghajr ma jkun mgħejjun isaħħah lilu nnifsu biex jiffaċja l-kompetizzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

Aktar Stqarrijiet Right arrow