Left arrow Go Back

IPPREZENTAT APPARAT TEKNOLOGIKU MOTION TABLET CL900 LILL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI U X-XOGHOL

pr1978
Date Icon 12/09/2012

Il-Gvern għaddej b’investiment biex l-edukazzjoni tkun ferm aktar inklussiva għall-istudenti. Tant li qed jingħata s-servizz ta’ 2,208 Learning Support Assistant lil 3,513 student u studenta. Aktar minhekk twaqqfu 14 Nurture Group u 19 Learning Support Zone li jagħtu l-appogg lil 800 student bi ħtiġijiiet differenti u b’hekk ikunu jistghu jakkwistaw ħiliet għal ħajjithom

Dolores Cristina, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol tkellmet dwar dawn l-inizjattivi hekk kif tnieda l-apparat teknoloġiku Motion Tablet CL900, biex aktar studenti jkunu jistgħu javvanzaw il-ħiliet tagħhom u jintegraw fis-soċjeta’.  Dan it-tagħmir il-ġdid kien ipprezentat mis-Sinjura Kate Gonzi, Chairperson tal-HSBC.

Il-Ministru Cristina semmiet li l-politika inklussiva fl-edukazzjoni qegħda tieħu ħsieb li tindokra lil kull tifel u tifla għax kulħadd għandu il-potenzjal x’jilħaq.

Il-Ministru Dolores Cristina fakkret li l-Gvern qiegħed ikompli iżid l-investiment fl-edukazzjoni f’kull livell b’investiment fl-infrastruttura u b’investiment fl-għalliema u fl-istudenti. “Qegħdin inkomplu ninvestu fl-apparat fl-iskejjel permezz ta’ interactive whiteboards, kompjuters u laboratorji ġodda tax-xjenza.  Dan l-investiment qed isir sabiex pajjiżna igawdi minn edukazzjoni inklussiva u għalhekk qegħdin ninvestu f’kull tifel u tifla skont il-ħtiġijiet u l-bżonnijiet tagħhom.”

Hi tenniet li l-investiment tal-Gvern fl-edukazzjoni hu bbażata fuq il-ħiliet u l-potenzjal ta’ kull student. “Ir-riforma fl-edukazzjoni permezz tal-kulleġġi u tat-transizzjoni mill-primarja għas-sekondarja hi bbażata fuq l-ħtiġijiet fl-edukazzjoni ta’ kull tifel u tifla. Dan hu Gvern li jinteressah f’kull student skond l-abiltajiet u l-ħiliet tiegħu jew tagħha għax jemmen li kulħadd għandu jilħaq l-aqwa potenzjal.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

More Press Releases Right arrow