Left arrow Mur Lura

IMNIEDI PROĠETT ĠDID SABIEX TKOMPLI TISSAĦĦAĦ L-BELT KAPITALI

pr1976
Date Icon 12/09/2012

Kmieni dalgħodu ġie mniedi l-proġett IValletta.com, sit elettroniku ġdid li se jkun qed joffri informazzjoni dwar l-attiviatjiet kummerċjali u kulturali kollha li jkunu għaddejjin fil-Belt Valletta. Ippreseda din it-tniedija, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi  li qal li dan il-proġett ambizzjuz għandu l-għan prinċipali  li jkompli jagħti ħajja lill-Belt Kapitali kif ukoll joħloq aktar aċċessibilita għaliha. Il-Ministru semma l-proġett li  l-Gvern flimkien mall-privat għadu kif ħabbar l-ġimgħa l-oħra sabiex tiġi faċilitata l-aċċessibilita għall-Belt. Dan huwa l-Proġett tal-MCP Car Park li se jiswa ’fuq minn 5 miljun ewro u li se jsarraf f’żieda ta’ ’l fuq minn 400 parkeġġ. Il-proġett se jkun jista jitgawda minn kulħadd sabiex aktar nies ikollhom l-kumdita ta’ parkeġġ viċin l-Belt u jkunu jistgħu  jagħmlu l-qadi tagħhom. B’hekk jissaħħu wkoll n-negozji li hemm fil-Belt Valletta.

Il-proġett Ivalletta.com se jiġi mħaddem mill-Koperattiva Media Coop li ħolqot din l-idea. Is-Sur John Mallia, Direttur ta’ Media Coop qal li l-idea għall-proġett ħolqot interess kbir mill-Kommunita Kummerċjali tal-Belt Valletta kif ukoll mill-Kunsill Lokali li flimkien qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom sabiex dan is-sit ikun suċċess. Huwa qal li permezz ta’ dan is-sit wieħed se jkun jista jinforma ruhu b’dak kollhu li hemm fil-Belt, kemm jekk hux informazzjoni dwar ħwienet, attivitajiet kulturali u dawk l-attiviatjiet kollha relatati mal-Belt Kapitali.

Il-Ministru Azzopardi qal li l-progett jawgura li tinħoloq aktar aċċessibilta kif ukoll  li jinċentiva aktar nies sabiex jidħlu l-Belt. Huwa rringrazzja lill-Koperattiva Mediacoop tal-inizjattiva li ħadu sabiex ħarġu b’din l-idea. Idea, li fi kliem il-Ministru se ssarraf f’ġid sabiex l-Belt Kapitali tkompli tieħu l-popolarita.

Mediacoop hija waħda mill-Koperattivi li ilha mwaqqfa għal snin twal, koperattiva saħaq Azzopardi li matul is-snin iġġenerat l-impjiegi u saħħet l-ekonomija Maltija permezz tal-proġetti li ħolqot. Azzopardi qal li aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar qed jitwaqqfu koperattivi ġodda f’pajjizna, filfatt huwa qal din is-sena se jitwaqqfu madwar 3 koperattivi ġodda. F’pajjiżna għandna madwar 60 Koperattiva reġistrati u dawn jagħmlu ‘turnover’ ta’ madwar € 70,miljun fis-sena. 

Il-Ministru Azzopardi qal li s-settur tal-Koperattivi jifforma parti integrali mill-portafoll tal-Ministeru tiegħu u l-Gvern hu kommess li jagħti l-importanza mistħoqqa lis-settur li jirrifletti mudell ta’ intraprenditorjat imfassal fuq il-valuri bażici tad-demokrazija, ugwaljanza, inklużjoni soċjali, u solidarjeta. Huwa għalhekk , qal li “għandna nkomplu nħajru u ninċentivaw iżjed koperattivi jiffurmaw irwiehom u jibnu stejjer ta’ suċċess li jkunu jirflettu l-bżulija, s-sagrifiċji u s-sens ta’ intrapriża meħtieġa”.

Fl-aħħar nett il-Ministru Azzopardi awgura li dan il-proġett jissarraf f’suċċess u ħeġġeġ lill-aktar koperattivi sabiex jieħdu nizjattivi kif għamlet l-Koperattiva Mediacoop sabiex jinħolqu aktar proġetti li fl-aħħar mill-aħħar jissarfu fil-ġid tal-kommunita Maltija u Għawdxija kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

Aktar Stqarrijiet Right arrow