IL-VIĊI PRIM MINISTRU DR. TONIO BORĠ FI ŻJARA MAL-PRESIDENT MURSI TAL-EĠITTU
Fuq inizjattiva tal-Minsitru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg ġie iffurmat Grupp Quadro ta` erba pajjiżi Mediterraneji membri tal-Unjoni Ewropeja biex jiko-ordinaw ħidmiethoma aħjar dwar kwestjonijiet li jolqtu il-Mediterrann, l-iktar wara l-iżviluppi li graw fl-Afrika ta`Fuq .
Dan il-Grupp hu iffurmat minn Malta, Italja, Greċja u Ċipru.
L-ewwel attivita` ta`dan il-Grupp, li ġie ffrumat wara li il-Ministru Tonio Borg kellu laqgħat mal-Ministri ta` dawn it-tliet pajjiżi, kienet żjara lill-President il-ġdid tal-Eġittu Mohammed Mursi li għadu kif ġie elett ftit ta` ġimghat ilu.
L-erba` Ministri ċioe` il-Ministru Tonio Borg (Malta) il-Ministru Giulio Terzi (Italja) il-Ministru Erato Kozakou-Marcoullis (Cipru) u il-Ministru Dimitris Avramopoulos (Grecja) iltaqghu mal-President Mursi nhar il-Hamis 6 ta` Settembru 2012 fil-Palazz Presidenzjali fil-Kajr.
Is-suġġetti diskussi mal-President Mursi kienu is-sitwazzjoni fl-Eġittu, il-gwerra u vjolenza fis-Sirja u il-kwestjoni tal-Palestina.
Il-President Mursi talab lill-Ministri Ewropej sabiex jibsgħtu il-messaġġ illi l-Egittu l-ġdid huwa sigur għal investiment u turiżmu u illi l-appoġġ lejn l-Eġittu ma għandux ikun biss politiku iżda wieħed konkret.
Dwar is-Sirja, il-President Egizzjan kien iebes fil-pożizzjoni tiegħu illi dan id-diżastru umanitarju ma jisatx ikompli b`nies jinqatlu kuljum; hu esprima il-fehma illi hemm possibilita` illi il-mexxejja preżenti jirtiraw mix-xena waħedhom u paċifikament biex ikun tmexxija ġdida iżda li din l-opportunita` ma hix miftuħa għal dejjem. Għal dan l-iskop l-Eġittu se jieħu inzijattiva flimkien mat-Turkija, Iran u Saudi Arabia biex jara jistax ikun hemm soluzzjoni paċifika qabel ma jkun tard wisq,
Dwar id-drittijiet tal-Palestinjani, il-President Eġizzjan filwaqt li reġa` afferma il-pożizzjoni ta` pajjiżu li se jibqa` jonora il-ftehim internazzjonali li saru mal-Israel dwar il-Lvant Nofsani, talab l-appoġġ tal-Ewropa għal titjib fl-istatus tal-Awtrorita` Palestinajna fin-Nazzjonijiet Uniti. Huwa tarraf lill-Ministri Ewropej illi matul dis-sena l-Awtorita` Palestinajna kienet se tippreżenta Risoluzzjoni sabiex l-istatus tagħha fil-UN jigi mgħolli għal dak ta` non-member state.
Fil-laqgħa f`Ċipru fid-7-8 ta` Settembru f’Paphos , il-Ministru Tonio Borġ għan-nom tal-Quadro Group irrapporta dwar din iż-żjara lill-Kunsill Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ewropa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262020en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...
PR262020