Left arrow Mur Lura

IT-TIENI YOUTH CAFE’ JINFETAĦ FL-IMSIDA

pr1961
Date Icon 10/09/2012

Jinħolqu aktar postijiet ta’ rikreazzjoni u edukazzjoni mhux formali minn Aġenzija Żgħażagħ

Il-Gvern hu impenjat li jagħti aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ biex jimirħu u jirnexxu f’ħajjithom, mhux biss billi jipprovdilhom opportunitajiet kbar fl-edukazzjoni formali iżda wkoll b’inizjattivi ta’ edukazzjoni mhux formali li tgħaddilhom ħiliet bażiċi u neċessarji għal tul ħajjithom. Dan qalu l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Paralamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, waqt l-inawgurazzjoni tat-tieni Youth Cafe’ li nfetaħ fl-Imsida u li se jitmexxa minn Aġenzija Żgħażagħ. 

L-Onor. Puli qal li dan iċ-ċentru qed jingħaqad ma’ dak li l-Gvern fetaħ ftit tal-ġimgħat ilu fil-Qawra u se jkun qed joffri lok ta’ divertiment alternattiv u edukazzjoni informali għaż-żgħażagħ tal-Imsida u tal-madwar.

Matul iż-żjara tiegħu f’dan iċ-Ċentru l-Onor. Puli ltaqa’ ma’ għadd ta’ żgħażagħ li kienu qed jesperjenzaw għall-ewwel darba dan il-Youth Cafe’ waqt li kienu qed jieħdu sehem f’attivitajiet li kienu qed jittellgħu mill-Youth Workers ta’ Aġenzija Żgħażagħ.

L-Onor. Puli spjega li dan il-post se jkun qed jitmexxa minn Youth Worker li se jkun maż-żgħażagħ waqt il-ħin tal-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru. Huwa żied li lejn l-aħħar tas-sajf f’dan is-sit fl-Msida se jkun qed jiftaħ ukoll Ċentru Aċċess li jinkorpora fih servizzi ta’ impjiegi, housing u servizzi soċjali kif ukoll il-Youth Cafe’.  Huwa qal li b’hekk iż-żgħażagħ ser igawdu minn numru ta’ servizzi li jistgħu jiġu bżonnhom matul it-transizzjonijiet li jgħaddu minnhom tul ħajjithom.

L-Onor. Puli spjega kif iż-żgħażagħ li jattendu dan il-Youth Cafe’ se jkunu  jistgħu jiddevertu permezz ta’ diversi attivitajiet ta’ gruppi, kif ukoll se jkollhom aċċess għall-kompjuters, wifi internet u librerija li ġew installati fil-post. Huwa saħaq li f’dan il-post iż-żgħażagħ se jiġu introdotti għall-opportunitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali li toffri Aġenzija Żgħażagħ permezz tal-Programmi Nazzjonali ta’ Empowerment, programm li jagħti liż-żgħażagħ ħiliet li jistgħu jużaw fil-ħajja personali tagħhom kif ukoll fid-dinja tax-xogħol. 

Clyde Puli ħabbar li fix-xhur il-ġejjin il-Gvern se jkun qed jiftaħ aktar ċentri bħal dan u saħaq li bħalissa qed isiru xogħlijiet biex jinfetħu ż-żewġ ċentri li jmiss fil-Belt Valletta u f’Bormla.

Is-Segretarju Parlametari kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma u minn Martin Chetcuti Manager tal-Aċċess tal-Qawra, Paul Pace Manager tal-Aċċess tal-Kottonera, Roberta Grech Manager tal-Aċċess tal-Belt Valletta, Albert Buttiġieġ il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar u Roderick Agius Kap Eżekuttiv tal-FES.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

Aktar Stqarrijiet Right arrow