Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT - L-Oppożizzjoni tipprova tgħatti l-inkompetenza tagħha fil-qasam ekonomika billi taħbi l-kisbiet ta’ pajjiżna

pr1945
Date Icon 09/09/2012

Dott Joseph Muscat jibqa’ l-vuċi iżolata li tipprova tmaqdar ir-riżultati ekonomiċi u finanzjarji li qed jikseb f’pajjiżna li jikkontrasta mat-taqlib ekonomiku internazzjonali. Dawn ir-riżultati qed jissarfu f’aktar investiment, jobs u kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin.

Filwaqt li dalgħodu Dott Muscat reġa’ prova jpinġi l-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżna bħala waħda mwegħra, f’dawn l-aħħar ġimgħat rajna kif:

·    L-ekonomija Maltija kibret b’0.9% fl-istess kwart li l-ekonomija Ewropea ċkienet. Dan kien xprunat minn tkabbir minn firxa ta’ setturi differenti fosthom l-ICT, is-servizzi finanzjarji, setturi professjonisti u tekniċi, ir-retail u l-wholesale trade, u s-settur turistiku.

·    Fl-istess kwart, kienet reġistrata żieda oħra fl-investiment ta’ 3.6%.

·    L-esportazzjoni kibret bi 12%.

Kuntrarju għall-impressjoni li tipprova kontinwament tagħti l-Oppożizzjoni, dawn iċ-ċifri ekonomiċi qed igawdu minnhom il-haddiema ta' pajjizna:

·    In-numru ta’ persuni jaħdmu bi qligħ żdiedu b’1.4% għal 150,700 meta mqabbla mal-istess xahar is-sena li għaddiet. Dan wara li l-Eurostat ikkonfermat li ghal xahar iehor, Malta ghandha l-hames l-inqas qghad fl-Unjoni Ewropea.

·    L-istatistika dwar it-tkabbir ekonomiku turi wkoll żieda ta’ 2.6% fil-pagi tal-ħaddiema.

Iż-żieda fil-jobs hija wkoll frott ta’ pożizzjoni finanzjarja stabbli

Hawn ukoll Dott Muscat jibqa’ jitkellem waħdu u kontra dak li qed jgħid kull min qed jevalwa l-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżna. .

F’dawn l-aħħar xhur biss, il-finanzi ta’ pajjiżna għaddew minn għarbiel u evalwazzjoni dettaljata mill-Fond Monetarju Internazzjonali, mill-Kummissjoni Ewropea u riċentement mill-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Moody’s. Din tal-aħħar, f’rapport ippubblikat din il-ġimgħat, faħħret il-konsolidament finanzjarju li ddeskrivetu bħala ‘suċċess’.

Il-Gvern assigura li t-tariffi ma jogħlewx

Dott. Muscat huwa żbaljat anke fil-kummenti tiegħu dwar l-Enemalta. Mhux talli l-Gvern mhux qiegħed juża l-Enemalta biex inaqqas id-dejn tal-pajjiż, talli ghall-kuntrarju din is-sena żied l-għajnuna lill-Enemalta biex minkejja ż-żidiet fil-prezz internazzonali taż-żejt, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-familji, l-industrija u s-sidien ta’ negozju m’għolewx.

Is-self li qed jitkellem fuqu Dott Muscat huwa marbut mal-investiment kapitali li qed isir mill-Enemalta fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari fl-interconnector ma’ Sqallija li għandu jsaħħaħ il-provvista tal-enerġiuja waqt li jnaqqas id-dipendenza ta’ pajjiżna fuq iż-żejt.

Billi Dott Muscat diġà tkellem pubblikament kontra l-ROCE, jiġifieri l-metodu li bih parti mill-investiment li jsir jinġabar kull sena, u billi llum reġa’ tkellem kontra dan is-self, wieħed allura jistaqsi jekk l-intenzjoni ta’ Dott Muscat jekk ikun fil-Gvern hix li jpoġġi dan l-ammont kollu fit-tariffi ta’ sena waħda. Dan iwassal għal żieda fil-kontijiet ta’ madwar 40%. Dott Muscat jerga juri li ma ghandux soluzzjonijiet.

Żbaljat ukoll fuq il-Konċessjoni tal-Lottu

L-inkompetenza finanzjarja ta’ Dott Muscat toħroġ ukoll bil-mod ta’ kif qed jinterpreta d-dħul tal-Gvern mill-konċessjoni tal-lottu. Mhux minnu li l-ħlas tal-konċessjoni se jsir fuq perjodu ta’ għaxar snin, iżda l-ħlas sar kollu, immedjatament, ghax hu l-prezz tal-bejgh ghad-dritt tal-koncessjoni. Li se jidħol matul il-perjodu ta' l-għaxar snin tal-konċessjoni huwa d-dħul mil-liċenzji mħallsa mill-kumpanija tal-lottu lill-Awtorità kif ukoll it-taxxi fuq il-loghob li jridu jitħallsu kull sena minn din il-kumpanija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

Aktar Stqarrijiet Right arrow