STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ - Kandidat Laburista jistenna intervista biex jallega każ ta’ mewt!
Hemm sistema li t-tabib Debattista seta’ juża biex il-pazjenta tiġi invistata malajr.
B’referenza għal dak li ġie rrappurtat f’intervista mal-kandidat laburista Dr. Deo Debattista il-Ministeru jinnota li l-gazzetta konċernata qatt ma kkuntattjat il-Ministeru sabiex tivverifika il-fatti. U dan minkejja li l-Ministeru ġie avviċinat għal żewġ stejjer oħra mil-istess gazzetta din il-ġimgħa.
Huwa assolutament inġust li jinħoloq allarm mingħajr ma jkun hemm il-verifika tal-fatti qabel.
Il-Ministeru jappella wkoll lill Dr Debattista biex jgħaddi id-dettalji ta’ din il-persuna lid-Dipartiment tas-Saħħa minnufih sabiex l-allegat każ jiġi investigat.
Il-Pubbliku għandu jkun mgħarraf li f’każijiet fejn it-tabib tal-familja, bħal Dr Deo Debattista, ikollu suspett li l-pazjenta jkollha kundizzjoni serja, dan jista’ jikkuntattja lill-konsulent sabiex il-pazjenta tiġi invistata malajr, u wkoll isiru t-testijiet relatati. Dan jista’ jsir billi t-tabib tal-familja jagħmel kuntatt mal-customare care tal-isptar, jew billi t-tabib tal-familja jagħmel nota lill-konsultent, jew billi t-tabib tal-familja ikellem direttament lill-konsulent.
Hija ħasra li t-tabib tal-familja Dr Debattista għażel li jistenna intervista biex jagħmel dawn l-allegazzjonijiet.
Other Press Releases:
PR262020en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...
PR262020