Left arrow Go Back

IL-FUTUR TAL-POLITIKA AGRIKOLA KOMUNI – ŻJARA F’PAJJIŻNA MID-DIRETTUR ĠENERALI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA INKARIGAT MILL-AGRIKOLTURA, IS-SUR JOSE MANUEL SILVA RODRIGUEZ

pr1941
Date Icon 08/09/2012

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino kompla bis-sensiela ta' taħdidiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Riforma tal-Politika Agrikola Komuni permezz ta’ laqgħa mad-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mill-Agrikoltura, is-Sur Jose Manuel Silva Rodriguez, li jinsab f’Malta. Din iż-żjara qed tkompli tibni fuq iż-żjara f’pajjiżna tal-Kummisarju Ewropew responsabbli mill-Agrikoltura, Dacian Ciolos fl-2011.

Waqt il-laqgħa saret diskussjoni dwar numru ta' suġġetti marbutin mat-talbiet li qiegħda tagħmel Malta fil-qafas tar-riżorsi li se jkunu neċessarji għas-settur Agrikolu bejn l-2014 u l-2020, kif ukoll dwar il-ħtieġa li jkun hemm ċertu flessibbiltà speċifika għal Malta fil-mod li r-riżorsi partikolarment dawk finanzjari, ikunu jistgħu jintużaw favur il-biedja Maltija. Malta kompliet tinsiti li r-riforma għandha tindirizza r-realtajiet u l-bżonnijiet ta’ pajjiżi żgħar bħal tagħna.

Id-Direttur Ġenerali kellu ċ-ċans li jkompli jifhem iżjed mill-qrib il-kundizzjonijiet uniċi tal-produzzjoni Maltija u anki l-pożizzjoni li qed jagħmel il-Gvern Malti favur it-tisħiħ tal-appoġġ li jirċievu l-bdiewa Maltin u l-mod speċifiku kif dan irid jingħata meta mqabbel mar-realta ta' pajjiżi oħrajn ikbar fl-Unjoni Ewropea. 

Id-Direttur Ġenerali Jose Manuel Silva Rodriguez tenna dak li kien stqarr il-kummissarju Dacian Ciolos f’pajjiżna dwar il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet speċifiċi għal Malta fl-aħħar tan-negozjati. Il-laqgħa kienet pożittiva u daħlet f'ċertu dettall dwar il-bosta setturi differenti tal-agrikoltura Maltija.

Din il-laqgħa saret fi żmien opportun hekk kif in-negozjati fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-Politika Agrikola Komuni jissoktaw nhar it-Tnejn li ġej b'laqgħa informali tal-Ministri tal-Agrikoltura f'Ċipru li  għaliha se jkun preżenti wkoll il-Ministru Pullicino.

Id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigat mill-Agrikoltura, is-Sur Jose Manuel Silva Rodriguez, waqt din iż-żjara f’Malta kellu wkoll l-opportunità li jżur numru ta’ raħħala fl-irziezet u bdiewa fl-għelieqi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

More Press Releases Right arrow