Left arrow Go Back

10 MILJUN € F’INVESTIMENT TA’ TISBIĦ U MANUTENZJONI FL-ISKEJJEL TAL-GVERN F’DIN IL-LEĠISLATURA

pr1932
Date Icon 07/09/2012

Dalgħodu l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-Onor. Dolores Cristina, żaret l-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid fejn hemmhekk qiegħed isir xogħol ta’ manutenzjoni matul il- vaganzi tas-sajf. 

Filfatt il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada għaddejja b’ħidma bla waqfien biex ittejjeb l-ambjent tal-iskejjel biex meta fi ftit ġimgħat oħra t-tfal jirritornaw fl-iskejjel, isibu ambjent aħjar milli ħallew għax l-iskejjel huma t-tieni dar tagħhom.

Fix-xhur li għaddew il-Fondazzjoni għamlet diversi xogħolijiet ta’ immodernizzar u tisbiħ f’diversi skejjel fosthom fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid, fl-iskola primarja ‘A’ ta’ Ħaż-Żabbar u f’dik ta’ San Pawl il-Baħar, fl-iskejjel sekondarji tal-bniet fiż-Żejtun u dik ta’ M’Assumpta tal-Ħamrun.

Fl-iskola ta’ Raħal Ġdid inbidlu l-aperturi kollha li jagħtu għal fuq it-triq u flok tal-ħadid kif kienu saru tal-Aluminium u issa beda jitqiegħed soft flooring fejn jilagħbu t-tfal. Dan ix-xogħol għandu jitlesta’ sakemm tiftaħ l-iskola lejn tmiem dan ix-xahar.

Fl-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar “A” saret estensjoni billi nbnew tlett klassijiet ġodda kif ukoll qed isiru xi xogħlijiet fil-bitħa tal-iskola fejn parti mill-bitħa se tissaqqaf biex b’hekk dan l-ispazju jkun jista’ jintuża għal indoor activities. Dan l-ispazju jipprovdi dell lill-istudenti fix-xhur sħan u wkoll jipproteġi lill-istudenti mill-elementi fix-xitwa.  

Fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar, saret estensjoni fejn inbnew sitt klassijiet ġodda mifruxin fuq żewġ sulari.  Minbarra dawn, sitt klassijiet oħra eżistenti tkabbru biex jakkommodaw in-numru ta’ studenti f’dik l-iskola u fl-istess waqt qed jiġu installati b’sistemi tad-dawl u ilma ġodda kif ukoll tqegħid ta’ madum ġdid, kisi u tibjid. 

Estensjoni oħra saret fl-iskola sekondarja tal-bniet ġewwa taż-Żejtun fejn qed isir bini ta’ sular fuq blokka eżistenti. Din l-estensjoni tikkonsisti fi tlett laboratorji u tlett klassijiet. Hawnhekk tmien laboratorji eżistenti tkabbru biex jiġu konformi mal-ispazji meħtieġa għall-laboratorji. 

Qed isiru ukoll xogħolijiet estensivi ta’ upgrading ta’ blokka eżistenti fl-iskola sekondarja ta’ M’Assumpta tal-Ħamrun. 

Ix-xogħolijiet jinkludu stallazzjoni ġdida tas-sistemi tal-elettriku u l-ilma, kisi u żebgħa, u tqegħid ta’ madum ġdid.

Diversi xogħlijiet ta’ upgrading kif ukoll ta’ refurbishment qed isiru f’bosta skejjel fosthom:

·                    fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid, Għargħur, Xgħajra kif ukoll fl-iskola primarja taż-Żurrieq fejn qed isir xogħol ta’ bdil ta’ aperturi ta’ barra;

·                    fl-iskejjel primarji tar-Rabat, Bormla u l-Isla qed isir xogħol ta’ upgrading ta’ toilets; 

·                    fl-iskola primarja tal-Marsa sar xogħol ta’ bdil ta’ aperturi ta’ ġewwa kemm dawk tal-aluminium kif ukoll dawk tal-injam.

·                    fl-iskola sekondarja tal-Bniet Mrieħel qed isiru xogħlijiet ta’ alterazzjonijiet kif ukoll qed isir bdil ta’ aperturi ta’ ġewwa;

·                    fl-iskola sekondarja tas-Subien f’Santa Venera qed isiru xogħlijiet ta’ alterazzjonijiet;

·                    fil-Higher Secondary tan-Naxxar qed issir refurbishment ta’ waħda mill-blokki li se tiżdied mal-iskola;

·                    fl-iskola sekondarja tas-Subien ta’ Birkirkara qed isiru xogħlijiet ta’ refurbishement fil-laboratorji tax-Xjenza

·                    fid-Dun Manuel Attard Resource Centre tal-Wardija qed issir upgrading fis-sistema tal-elettriku kif ukoll se jsir upgrading fil-btieħi;

·                    fl-iskola primarja tal-Furjana qed isir xogħol ta’ bdil ta’ aperturi ta’ barra;

·                    fl-iskejjel primarji tax-Xagħra kif ukoll dik ta’ Ħal Qormi (San Ġorġ) qed isir xogħol ta’ bdil ta’ aperturi ta’ barra;

·                    fl-iskola sekondarja tan-Naxxar qed isir xogħol ta’ refurbishment f’waħda mil-blokki ta’ din l-iskola kif ukoll qed isir xogħol ta’ bdil ta’ aperturi;

·                    fl-iskola primarja tal-Mosta ġie installat lift;

·                    fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid, dik ta’ Hal Qormi (San Bastjan) kif ukoll fl-iskola Dun Manuel Attard  se jsiru xogħlijiet ta’ rubber flooring fil-btieħi.

Il-Ministru Cristina qalet li l-Gvern huwa mpenjat biex lit-tfal tagħna jipprovdilhom l-aqwa u l-aħjar ambjent u dan mhux qed isir biss fil-bini tal-iskejjel il-ġodda iżda wkoll permezz ta’ dan il-programm intensiv ta’ tisbiħ manutenzjoni u investiment ta’ madwar 10 miljun € f’din il-leġislatura.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

More Press Releases Right arrow