Left arrow Mur Lura

IL-POLITIKA EKONOMIKA TAL-GVERN QED TFISSER TKATTIR TAL-ĠID U ĦOLQIEN TA’ JOBS B’PAGI AĦJAR

pr1931
Date Icon 07/09/2012

Il-politika ekonomika tal-Gvern qed tfisser tkattir tal-ġid u ħolqien ta’ jobs b’pagi aħjar – dan kien ikkonfermat illum minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar it-tkabbir ekonomiku fit-tieni kwart tas-sena. Dawn ir-riżultati juru li l-ekonomija Maltija kibret b’3% f’termini nominali, jew 0.9% f’termini reali. Is-setturi ewlenin tal-ekonomija Maltija komplew jikbru fit-tieni kwart, kif kien il-każ fl-ewwel kwart tas-sena. Dan juri l-investituri, industrijalisti u sidien ta’ negozju qed juru fiduċju fil-qagħda ta’ pajjiżna u qed ikompli jinvestu u joħolqu l-postijiet tax-xogħol.

Fost is-setturi ewlenin li waslu għal dan it-tkabbir kien hemm is-settur tal-informatika u l-komunikazzjoni li kiber bi 8.5%, is-settur tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni, li kibru b’7.9%, is-settur tal-arti, l-intratteniment u r-rikreazzjoni (6%), attivitajiet professjonali u tekniċi oħra (5%) u s-setturi tal-bejgħ bl-imnut u l-ingrossa, it-trasport, u s-settur tal-lukandi u r-ristoranti li kibru b’2.8%.

Fl-istess kwart, kienet reġistrata żieda oħra fl-investiment ta’ 3.6%.

Dan it-tkabbir ekonomiku qed jiġi rifless f’żieda fil-pagi tal-ħaddiema, li żdiedu b’2.6%.

Dawn ir-riżultati jikkonfermaw l-għaqal fil-ħidma tal-Gvern li f’perjodu ta’ diffikultajiet internazzjonali bla preċedent, saħħaħ l-għajnuna lis-settur privat jinvesti aktar, jiddiversifika l-prodott, jesporta aktar u joħloq aktar impjiegi. Fost l-oħrajn inħolqu skemi finanzjarji għall-fabbriki;  saru skemi ghas-sidien tal-lukandi u restoranti biex jinvestu aktar u b’hekk pajjizna jkun aktar kompetittiv f’din l-industrija fejn il-kompetizzjoni hi qalilha, inħolqu ghas-sidien tan-negozji zghar u medji bħall-MicroInvest, MicroCredit, MicroGuarantee u ssaħaħ l-investiment fl-infrastruttura ta’ pajjiżna.

Dan kollu qed jissarraf f’aktar postijiet tax-xogħol, hekk kif din il-ġimgħa stess l-NSO kkonferma li tul l-aħħar tnax-il xahar in-numru ta’ persuni jaħdmu bi qligħ żdiedu b’1.5%, u issa jlaħħqu l-150,700. Dan fl-istess żmien meta l-Eurostat għadha kif ippubblikat ċifri li juru li l-qgħad fl-Ewropa komla jiżdied u issa qed javviċina l-11%. F’Malta l-qgħad, kif imkejjel mill-Eurostat huwa qrib is-6%, il-ħames l-anqas fl-Ewropa.

Dan kollu huwa l-aqwa garanzija għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

Aktar Stqarrijiet Right arrow