Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1926
Date Icon 06/09/2012

B'referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Oppożizzjoni dwar il-qasam tas-saħħa, il-Ministeru u impjegati fil-qasam tas-saħħa, fuq bażi regolari jirċievu diversi talbiet u emails minn kull settur tas-soċjetà inkluż minn diversi membri parlamentari tal-oppożizzjoni stess. Dan seħħ sal-llum stess. Bħall kull korrispondenza oħra, dawn jiġu rreferuti lill-awtorità responsabbli, fejn jiġu evalwati, u jittieħdu deċiżjonijiet skont il-kundizzjoni u s-sitwazzjoni tal-persuna.

F'dan il-punt, il-Ministeru għas Saħħa jistieden lill-Onor Marie Louise Coleiro Preca biex tiddikkjara jekk qattx hi personalment ċemplet jew ikkuntatjat direttament lil xi konsulent jew tabib, jew indirettament permezz tal-Ministru tas-Sahha, fuq każijiet ta’ pazjenti.

L-indħil politiku huwa l-għodda tal-Partit Laburista biex jipprova jimmanipula kull servizz u kull sitwazzjoni għall-gwadann politiku tieghu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

More Press Releases Right arrow