Left arrow Go Back

IS-SETTUR TAL-MANIFATTURA JKOMPLI JINVESTI U JOĦLOQ AKTAR JOBS – IL-KUMPANIJA RAESCH QUARTZ TKOMPLI TINVESTI F’PAJJIŻNA BL-GĦAJNUNA TA’ INĊENTIVI FAVUR L-INDUSTRIJA

pr1923
Date Icon 06/09/2012

Is-settur tal-manifattura qed ikompli juri fiduċja fl-ekonomija ta’ pajjiżna, u bl-għajnuna tal-inċentivi tal-Gvern kif ukoll tal-fondi Ewropej, qed jattira aktar investiment u jobs f’pajjiżna. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech wara żjara fil-fabbrika Raesch Quartz, fil-Mosta Technopark, fejn iltaqa’ ma’ numru ta’ ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol.

Il-Ministru Fenech faħħar il-kwalità tax-xogħol u l-impenn tal-ħaddiema tal-kumpanija Raesch Quartz li tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ prodotti ta’ preċiżjoni għolja tal-quartz, li ġiet ċertifikata mill-mother company tagħha bħala l-aktar profitabbli fost il-fabbriki differenti ta’ din il-kumpanija. Huwa faħħar ukoll il-flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol, li qed jippermetti lil numru ta’ ħaddiema nisa jkunu impjegati ma’ din il-kumpanija kemm full time kif ukoll part time. F’pajjiżna llum hawn 50,000 mara tahdem full-time – zieda ta’ kwazi 14,000 fuq l-1998.  In-nisa jahdmu part-time żiedu b’14,000 ohra. Il-partecipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xoghol zdiedet minn 35% fl-1998 ghal 44% - waħda mill-aktar żidiet fl-Ewropa.

Il-ħolqien tax-xogħol fis-settur tal-manifattura qed iwassal biex aktar persuni qed jaħdmu bi qligħ, kif ikkonfermat din il-gimgha mill-NSO, li turi li aktar minn 150,700 persuna issa qed jaħdmu bi qligħ, żieda ta’ 1.4% fuq April tas-sena li għaddiet.

Il-Ministru Fenech qal li filwaqt li nistgħu nitkellmu fuq is-suċċess li ksibna f’setturi ġodda, bħas-servizzi finanzjarji, gaming u l-informatika, kompla jissahhah is-settur tal-manifattura. “Għalhekk ħloqna skemi finanzjarji – kemm b’fondi lokali kif ukoll tal-UE ghall-fabbriki biex jinvestu aktar, jipproducu aktar u jesportaw aktar u b’hekk joholqu aktar impjiegi”.

Il-Ministru Fenech kien muri wkoll makkinarju innovattiv, li l-kumpanija investiet fih fl-aħħar xhur grazzi għall-għajnuna mill-Iskema “Innovazzjoni”, waħda mill-iskemi ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)u amministrata mill-Malta Enterprise. Raesch kienet waħda minn 570 fabbrika jew kumpanija li qasmu bejniethim 42 miljun ewro f’fondi mill-ERDF li fissru investiment ta’ 78 miljun ewro. Permezz ta’ din l-għajnuna ewro ġiet żviluppata sistema li t-tnaqqas it-telf ta’ merkurju mill-UV water treatment lamps li jżid il-lifetime ta’ dawn il-lampi b’80%.

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment kien akkumpanjat mil-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Dr Sue Vella.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

More Press Releases Right arrow