Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1917
Date Icon 05/09/2012

Jiskatta l-proċċess biex tibda l-fażi tal-installazzjoni ta’ panelli fotovoltajċi fuq bini pubbliku – Għada f’pajjiżna se tibda titlaqqa l-konferenza tal-aġenzjia internazzjonali għall-enerġija rinnovabbli, IRENA.

Illum, permezz ta’ letter of intent li l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ta lill-Alberta Photovoltaic Consortium, ingħata bidu uffiċċjalment għall-akbar proġett ta’ panelli fotovoltajiċi f’pajjiżna biex tiġi ġġenerata l-enerġija mix-xemx.

l-Alberta Photovoltaic Consortium, li ntgħażlet wara proċess rigoruż ta’ sejħa pubblika u ħruġ ta’ tender, issa hi nkarigata biex tiskatta l-proċess ta’ installazzjoni fuq 67,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ binjiet publiċi. Dawn il-panelli għandhom kapaċità li jiġġeneraw 6.5 MWh fis-sena. Biex wieħed jifhem aħjar 67,000 metru kwadru kemm ifissru f’termini ta’ kobor, dawn jirriżultaw f’ 9 pitches tal-football.

Il-postijiet fejn se jiġu installati dawn il-panelli fotovotajiċi fuq bini pubbliku huma:

• aktar panelli fuq il-binja tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali

• Project house, Floriana

• Inland Revenue Department

• Centre for development research and training

• MEPA

• Kulleġġ Santa Margerita Bormla

• Il-Biccerija tal-Gvern – il-Marsa

• Kulleġġ san Benedittu Santa Luċija

• Kulleġġ San Benedittu Birżebbuġia

• Kulleġġ San Bendittu Hal Kirkopp

• Kulleġġ Sant’ Injazju Hal Luqa

• ETC minn blokka 1 sa 5

• Kulleġġ San Gorg Preca Hamrun

• Sptar Mater Dei

• Kulleġġ Santa Klara Pembroke

• Kulleġġ Sant’ Injazju tal-Handaq

• Kulleġġ Sant’ Injazju s-Siggiewi

• l-MCAST fix-Xewkija Għawdex

• Kulleġġ Maria Regina Mosta

• Kulleġġ Maria Regina Mellieha

• 4 ġibjuni f’Ta’ Ċenċ Għawdex

• 3 ġibjuni f’Ta’ Qali.

Li kellna niġbru l-panelli fotovoltajiċi kollha li nsibu f’pajjiżna fil-prezent insibu li kieku jinksew mal-15-il pitch tal-football ta’ panelli fotovoltajici b’kapaċità li jiġġeneraw mal-5.6Mwp.

Dawn jinkludi pannelli fotovoltajiċi li 268 sid ta' negozju investew 32 miljun ewro, b’€18 –il miljun ewro minn skemi kofinanzjati mil-Gvern u l-ERDF (European Regional Development Fund); kif ukoll jinkludu ‘l fuq minn 6,000 familja li fl-aħħar snin ingħataw għajnuna sa 50% fuq investiment li sar biex installaw panelli fotovoltajiċi fuq il-bjut tagħhom.

Intant il-Ministru Pullicino ħabbar li bejn għada is- 6 u s- 7 ta’ Settembru,  l-IRENA li hija l-aġenzjia internazzjonali għall-enerġija rinnovabbli, se tniehdi summit globali fuq it-tema ‘Sorsi ta Enerġija alternattiva u l Gzejjer 2030’ - ‘Renewables and Islands Global Summit.

Din il-konferenza li għaliha qed jattendu mal-55 reprezentant minn pajjiżi li huma Gżejjer bħalna, ser isservi biex Gvernijiet u nies tekniċi jkollhom ċans tajjeb ipoġġu fuq l-istess mejda biex jaqsmu l-ideat u l-pjanjiet tagħhom.

Ser jattendu kemm nies politiċi u Ministri ta’ ħafna stati differenti bħal Prim Ministru tal-Cook Islands, Il-Ministri responsabbli mill-enerġija tal-Maldives, Barbados, Seychelles, Sudan, Jamaica, Tuvalu, Samoa, kif ukoll nies tekniċi t’ għaqdiet ta’ produtturi tal-enerġija kemm konvenzjonali kif ukoll alternattiva u anke rapprezentanti t’ investituri mid-dinja kollha. Ser ikun hawn ukoll persuni distinti bħal ma huma dawk mill-Bank Dinji u mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.

B’din il-konferenza f’Malta, l-IRENA qiegħda turi apprezzament lejn Malta għall-isforzi tagħha fil-qasam tal-energija alternattiva u t-tibdil tal-klima.

Malta għanda kuntatti mill qrib mal-IRENA. Malta saret membru fl-IRENA fis-sena 2009 u illum hija membru sħiħ li anke rratifikat l-istatut tal-aġenzija. Fuq livell globali, l-IRENA ħadet mandat biex tkompli iġġib flimkien lil kull min hu involut fil-qasam tal-enerġija alternattiva minn mad-dinja kollha biex tkompli dak li ġie miftiehem f’Rio f Ġunju f’dak l-hekk imsejjah ‘RIO+20’ u anke tikkontempla problemi partikulari ta’ gżejjer bħal tagħna f’dan ir-rigward. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

Aktar Stqarrijiet Right arrow