STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Jiskatta l-proċċess biex tibda l-fażi tal-installazzjoni ta’ panelli fotovoltajċi fuq bini pubbliku – Għada f’pajjiżna se tibda titlaqqa l-konferenza tal-aġenzjia internazzjonali għall-enerġija rinnovabbli, IRENA.
Illum, permezz ta’ letter of intent li l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ta lill-Alberta Photovoltaic Consortium, ingħata bidu uffiċċjalment għall-akbar proġett ta’ panelli fotovoltajiċi f’pajjiżna biex tiġi ġġenerata l-enerġija mix-xemx.
l-Alberta Photovoltaic Consortium, li ntgħażlet wara proċess rigoruż ta’ sejħa pubblika u ħruġ ta’ tender, issa hi nkarigata biex tiskatta l-proċess ta’ installazzjoni fuq 67,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ binjiet publiċi. Dawn il-panelli għandhom kapaċità li jiġġeneraw 6.5 MWh fis-sena. Biex wieħed jifhem aħjar 67,000 metru kwadru kemm ifissru f’termini ta’ kobor, dawn jirriżultaw f’ 9 pitches tal-football.
Il-postijiet fejn se jiġu installati dawn il-panelli fotovotajiċi fuq bini pubbliku huma:
• aktar panelli fuq il-binja tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali
• Project house, Floriana
• Inland Revenue Department
• Centre for development research and training
• MEPA
• Kulleġġ Santa Margerita Bormla
• Il-Biccerija tal-Gvern – il-Marsa
• Kulleġġ san Benedittu Santa Luċija
• Kulleġġ San Benedittu Birżebbuġia
• Kulleġġ San Bendittu Hal Kirkopp
• Kulleġġ Sant’ Injazju Hal Luqa
• ETC minn blokka 1 sa 5
• Kulleġġ San Gorg Preca Hamrun
• Sptar Mater Dei
• Kulleġġ Santa Klara Pembroke
• Kulleġġ Sant’ Injazju tal-Handaq
• Kulleġġ Sant’ Injazju s-Siggiewi
• l-MCAST fix-Xewkija Għawdex
• Kulleġġ Maria Regina Mosta
• Kulleġġ Maria Regina Mellieha
• 4 ġibjuni f’Ta’ Ċenċ Għawdex
• 3 ġibjuni f’Ta’ Qali.
Li kellna niġbru l-panelli fotovoltajiċi kollha li nsibu f’pajjiżna fil-prezent insibu li kieku jinksew mal-15-il pitch tal-football ta’ panelli fotovoltajici b’kapaċità li jiġġeneraw mal-5.6Mwp.
Dawn jinkludi pannelli fotovoltajiċi li 268 sid ta' negozju investew 32 miljun ewro, b’€18 –il miljun ewro minn skemi kofinanzjati mil-Gvern u l-ERDF (European Regional Development Fund); kif ukoll jinkludu ‘l fuq minn 6,000 familja li fl-aħħar snin ingħataw għajnuna sa 50% fuq investiment li sar biex installaw panelli fotovoltajiċi fuq il-bjut tagħhom.
Intant il-Ministru Pullicino ħabbar li bejn għada is- 6 u s- 7 ta’ Settembru, l-IRENA li hija l-aġenzjia internazzjonali għall-enerġija rinnovabbli, se tniehdi summit globali fuq it-tema ‘Sorsi ta Enerġija alternattiva u l Gzejjer 2030’ - ‘Renewables and Islands Global Summit.
Din il-konferenza li għaliha qed jattendu mal-55 reprezentant minn pajjiżi li huma Gżejjer bħalna, ser isservi biex Gvernijiet u nies tekniċi jkollhom ċans tajjeb ipoġġu fuq l-istess mejda biex jaqsmu l-ideat u l-pjanjiet tagħhom.
Ser jattendu kemm nies politiċi u Ministri ta’ ħafna stati differenti bħal Prim Ministru tal-Cook Islands, Il-Ministri responsabbli mill-enerġija tal-Maldives, Barbados, Seychelles, Sudan, Jamaica, Tuvalu, Samoa, kif ukoll nies tekniċi t’ għaqdiet ta’ produtturi tal-enerġija kemm konvenzjonali kif ukoll alternattiva u anke rapprezentanti t’ investituri mid-dinja kollha. Ser ikun hawn ukoll persuni distinti bħal ma huma dawk mill-Bank Dinji u mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.
B’din il-konferenza f’Malta, l-IRENA qiegħda turi apprezzament lejn Malta għall-isforzi tagħha fil-qasam tal-energija alternattiva u t-tibdil tal-klima.
Malta għanda kuntatti mill qrib mal-IRENA. Malta saret membru fl-IRENA fis-sena 2009 u illum hija membru sħiħ li anke rratifikat l-istatut tal-aġenzija. Fuq livell globali, l-IRENA ħadet mandat biex tkompli iġġib flimkien lil kull min hu involut fil-qasam tal-enerġija alternattiva minn mad-dinja kollha biex tkompli dak li ġie miftiehem f’Rio f Ġunju f’dak l-hekk imsejjah ‘RIO+20’ u anke tikkontempla problemi partikulari ta’ gżejjer bħal tagħna f’dan ir-rigward.
Other Press Releases:
PR262020en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...
PR262020