Left arrow Mur Lura

L-OPPOŻIZZJONI TIBQA’ TURI L-INKOMPETENZA EKONOMIKA U FINANZJARJA TAGĦHA – IL-FROTT TAL-POLITIKA TAL-GVERN HUWA L-ĦOLQIEN TAL-JOBS

pr1916
Date Icon 05/09/2012

Stqarrija b'risposta għall-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kommunikazzjoni tal-Partit Laburista.

Fl-isforzi tagħha li tgħatti l-kisbiet ta’ pajjiżna, l-Oppożizzjoni kompliet turi l-inkompetenza ekonomika u finanzjarja tagħha. Fir-reazzjoni tagħha għar-rapport ta’ Moody’s, rapport li ta’ min ifakkar ddefinixxa l-prestazzjoni ta’ Malta fil-qasam ta’ konsolidament finanzjarju bħala ‘suċċess’, l-Oppożizzjoni qed tistaqsi jekk il-miri tad-defiċit humiex se jintlaħqu b’żieda fid-dejn.

Dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni ma jagħmilx sens u juri li l-Oppożizzjoni mhix tifhem prinċipju bażiku ta’ kif jinħadem id-dejn ta’ pajjiz, jiġifieri li jiġbor fih l-akkumulu ta’ defiċit li jagħmel kull sena pajjiż.

Il-Gvern jibqa’ kommess li jilħaq il-mira li jkompli jbaxxi defiċit kif għamel fl-aħħar snin u kif ikkonfermat minn Moody’s stess. Dan minkejja li s-sitwazzjoni internazzjonali kompliet sejra għall-agħar, b’tnaqqis fir-ritmu ekonomiku internazzjonali, żieda fil-qgħad fil-pajjiżi Ewropej u żidiet fil-prezzijiet internazzjonali taż-żjut u l-fuels.

Din l-istrateġija ta’ tisħiħ tal-qagħda finanzjarja qed tħalli l-frott hekk kif  pajjiżna qed ikompli jattira investiment, lokali u internazzjonali. Dan qed iwassal għal ħolqien ta’ aktar jobs, kif ikkonfermat il-bieraħ minn stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li turi żieda ta’ 1.4% sa April meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

Aktar Stqarrijiet Right arrow