L-OPPOŻIZZJONI TIBQA’ TURI L-INKOMPETENZA EKONOMIKA U FINANZJARJA TAGĦHA – IL-FROTT TAL-POLITIKA TAL-GVERN HUWA L-ĦOLQIEN TAL-JOBS
Stqarrija b'risposta għall-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kommunikazzjoni tal-Partit Laburista.
Fl-isforzi tagħha li tgħatti l-kisbiet ta’ pajjiżna, l-Oppożizzjoni kompliet turi l-inkompetenza ekonomika u finanzjarja tagħha. Fir-reazzjoni tagħha għar-rapport ta’ Moody’s, rapport li ta’ min ifakkar ddefinixxa l-prestazzjoni ta’ Malta fil-qasam ta’ konsolidament finanzjarju bħala ‘suċċess’, l-Oppożizzjoni qed tistaqsi jekk il-miri tad-defiċit humiex se jintlaħqu b’żieda fid-dejn.
Dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni ma jagħmilx sens u juri li l-Oppożizzjoni mhix tifhem prinċipju bażiku ta’ kif jinħadem id-dejn ta’ pajjiz, jiġifieri li jiġbor fih l-akkumulu ta’ defiċit li jagħmel kull sena pajjiż.
Il-Gvern jibqa’ kommess li jilħaq il-mira li jkompli jbaxxi defiċit kif għamel fl-aħħar snin u kif ikkonfermat minn Moody’s stess. Dan minkejja li s-sitwazzjoni internazzjonali kompliet sejra għall-agħar, b’tnaqqis fir-ritmu ekonomiku internazzjonali, żieda fil-qgħad fil-pajjiżi Ewropej u żidiet fil-prezzijiet internazzjonali taż-żjut u l-fuels.
Din l-istrateġija ta’ tisħiħ tal-qagħda finanzjarja qed tħalli l-frott hekk kif pajjiżna qed ikompli jattira investiment, lokali u internazzjonali. Dan qed iwassal għal ħolqien ta’ aktar jobs, kif ikkonfermat il-bieraħ minn stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li turi żieda ta’ 1.4% sa April meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Other Press Releases:
PR262020en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...
PR262020