Left arrow Mur Lura

ROAD SHOW KONTRA L-OBEŻITA`

pr1912
Date Icon 05/09/2012

Onor Dr Peter Micallef, Assistant Segretarju Parlamentari, għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità llum ta’ bidu għall-attività ‘RoadShow kontra l-Obezità’, waħda minn erba attivitajiet li ħa jseħħu f’dawn il-jiem. L-obeżita għadha qegħda taffetwa lil ħafna Maltin u Għawdxin; kemm żgħar kif ukoll fost l-adulti. Fil-fatt studju li sar fl-2010 fi tfal ta’ 6 snin wera li aktar minn 40% minnhom għandhom piż żejjed; filwaqt li l-iStħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa fost l-Ewropej maħruġ aktar kmieni din is-sena, wera li fost il-popolazzjoni Maltija ta’ età bejn il-25 u 64 sena, 47% għandhom il-piż żejjed kif ukoll 29.6% oħra huma obeżi.

Hu fatt li l-obeżita qegħda tiswa ħafna lil pajjiżna. Ġie stmat li Malta bħalissa qed tonfoq minn tal-inqas 20 miljun Euro kull sena żejda minħabba l-obeżita` u piż żejjed.

Fil-bidu ta’ din is-sena, il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita nieda l-istrateġija kontra  l-obeżita bit-titlu “Piż Tajjeb Tul il-Ħajja” fejn l-għan tal-istrateġija hi li:

• tnaqqas il-popolazzjoni adulta b’piż żejjed minn 36% għal tal-inqas 33%

• tnaqqas il-popolazzjoni adulta obeżi minn 22% għal tal-inqas 18% 

• u sal-2020 tnaqqis ta’ tfal ta’ 7 snin bil-piż żejjed jew obeżi minn 32% għal 27%.

Matul is-snin li għaddew saru diversi sforzi qawwija mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard dwar il-prevenzjoni tal-obeżita. Dawn jinkludu diversi kampanji fuq livell nazzjonali u fejn jiġu offruti għajnuniet permezz ta’ fuljetti nformattivi, servizz bla ħlas għal pubbliku dwar kif jista’ dak li jkun jegħleb il-problema tal-piż żejjed filwaqt li jitgħallem ħiliet ta’ kif iżomm piż tajjeb matul il-ħajja.

Matul ix-xhur li għaddew ġew organizzati attivitajiet fejn diversi ikliet tajbin għas-saħħa tħejjew filwaqt li ingħataw diversi pariri minn esperti fl-ikel u s-saħħa mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard sabiex il-pubbliku jiżviluppa ħiliet siewja kemm ta’ kif jintgħażlu l-prodotti tal-ikel kif ukoll ta’ kif jitħejjew ikliet li jħarsu s-saħħa.

Onor Dr Peter Micallef qal li għaldaqstant, illum ukoll ninsabu hawn miġbura biex inkomplu bl-isforzi tagħna sabiex noffru aktar għajnuna lill-pubbliku, anke permezz tas-sapport minn setturi mhux governattivi, biex b’hekk aktar nies jitħajjru jieħdu ħsieb tal-piż tagħhom (billi jieklu bil-qies, mhux iżżejjed, u jkunu attivi); u jipperseveraw – b’hekk, iżommu piż tajjeb matul ħajjithom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow