Left arrow Go Back

ŻJARA FL-ISKOLA SEKONDARJA OGĦLA GIOVANNI CURMI

pr1910
Date Icon 05/09/2012

Jiżdied in-numru ta’ studenti li se jkomplu jisudjaw wara s-sekondarja

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristna dalgħodu għamlet żjara fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi fejn għadd ta’ studenti kienu qed jirreġistraw biex minn Ottubru li ġej jibdew jattendu f’din l-iskola.

F’kummenti lill-istampa, il-Ministru Cristina qalet li l-mira tal-Gvern hi li aktar studenti jkomplu jistudjaw wara li jispiċċa l-edukazzjoni obbligatorja.  Dan qed jirnexxielna nagħmluh billi noffru lill-istudenti firxa kbira ta’ korsijiet akkademiċi u vokazzjonali biex kulħadd ikompli javanza fl-oqsma li jħossu l-aktar kunfidenti fihom.

S’issa, din is-sena diġà nafu li se jkollna 1000 student aktar mis-sena li għaddiet li se jkomplu jistudjaw. Infatti, l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-Università żdiedu bi 18.5% fuq dawk tas-sena li għaddiet filwaqt li dawk tal-MCAST diġà żdiedu bi 8.73%. 

F’dawn il-ġranet qed jintlaqgħu applikazzjonijiet minn studenti li jixtiequ jkompli bl-istudji tagħhom fl-iskola Giovanni Curmi li kulma jgħaddi ż-żmien qed issir dejjem aktar popolari mal-istudenti li jispiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja.

Lejn l-aħħar ta’ Settembru, wara li joħorġu r-riżultati tar-resits tas-SEC ikun hemm tliet ijiem oħra fejn ikomplu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet. Jidher li anke f’din l-iskola jista’ jkun hemm żieda fin-numru ta’ applikazzjonijiet.

Din l-iskola toffri tliet korsijiet: wieħed fil-livell tal-Matrikola, ieħor li jwassal biex jinkiseb ċertifikat f’livell Intermedju jew Avvanzat tas-SEC u l-ieħor hu Revision Course biex wieħed iġib riżultati tas-SEC. L-istudenti kollha li jagħmlu dawn il-korsijiet jirċievu stipendju.

Din is-sena l-iskola introduċiet żewġ suġġetti oħra fil-livell Intermedju li huma l-Psikoloġija u l-Edukazzjoni Fiżika li student jista’ jagħżel biex jistudja u jispeċjalizza fihom.

Il-popolazzjoni ta’ din l-iskola kulma tmur qed tikber.  Fi tmiem is-sena akkademika li għaddiet kien hawn 2,000 student li din is-sena mistennija jiżdiedu xi ftit.  Għalhekk qed titkabbar l-iskola billi kien akkwistat blokk li qabel kien jifforma parti minn wieħed mill-istituti tal-MCAST u nbidel f’14 il-lecture room, 6 tutorial rooms, sala multipurpose u kamra għall-istaff, b’nefqa ta’ madwar €100,000.

Fix-xhur li għaddew l-attività f’din l-iskola baqgħet għaddejja minkejja li suppost l-iskejjel kollha kienu bil-vaganzi.  Fil-fatt saru 13 il-sessjoni ta’ laqgħat li f’kull waħda minnhom kienu preżenti 15-il student, dwar bidliet psiko-soċjali li jolqtu lill-istudenti. Dawn tmexxew mill-Counsellor tal-iskola flimkien ma’ Training Career Advisors biex jagħtu pariri lill-istudenti dwar għażliet ta’ karrieri.

Matul ix-xhur tas-Sajf f’din l-iskola wkoll sar xogħol ta’ tisbiħ u fost affarijiet oħra ġie mtejjeb il-gym tal-basketball.  Iddaħħal l-internet f’kull klassi u saru wkoll xi xogħlijiet infrastrutturali u ta’ tisbiħ.

Il-Ministru Cristina li kient akkumpanjata mill-Kap tal-Iskola  Mary Attard żaret ukoll il-gym tal-iskola li għadu kif kien rinnovat matul ix-xhur tas-Sajf u tkellmet ma’ studenti u ġenituri tagħhom li applikaw biex jidħlu f’din l-iskola.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow