ESTIŻ IŻ-ŻMIEN GĦAN-NOMINAZZJONIJIET TAL-PREMJU ANZJAN TAS-SENA
Il-Bord tal-Għażla tal-Premju Anzjan tas-Sena jixtieq jgħarraf li qed jestendi n-nominazzjonijiet għal dan il-premju sad-19 ta’ Settembru 2012.
Għal dan il-Premju jistgħu jiġu nnominati nisa u rġiel, ċittadini Maltin li jgħixu f’Malta jew f’Għawdex, u li sa l-aħħar ta’ din is-sena jkunu għalqu l-età ta’ ħamsa u sittin.
Informazzjoni u formoli għan-nominazzjonijiet, jistgħu jinġabru miċ-Ċentru Servizz Anzjan, Triq Zekka, il-Belt Valletta, mill-Kunsilli Lokali, mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex jew minn fuq il-websajt www.ehealth.gov.mt.
L-applikazzjonijiet għandhom jittieħdu bl-idejn f’Malta fiċ-Ċentru Servizz Anzjan u f’Għawdex id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017