ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-VITTORJA 2012
Il-Ġimgħa, 7 ta' Settembru 2012
09.30 hrs Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-Monument ta’ Malta Rebbieħa, fl-Isla, segwit mill-Monument tal-Vittorja tal-Assedju l-Kbir fil-Birgu u ċ- Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Serata Kommemorattiva f'Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta
17.40 hrs Wasla tal-mistednin distinti
17.55 hrs Wasla tal-Prim Ministru
18.00 hrs Programm Mużiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati mmexxija mill-Kaptan John I. Borg u l-Kor “Coro Bel Canto” immexxi minn Mro Hermann Farrugia Frantz. Tipparteċipa wkoll is-sopran Rosabelle Bianchi. Matul is-serata se jsir diskors kommemorattiv mill-Prof. Joe Friggieri. Lejn l-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta' kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, Kap tal-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti. Is-serata se tkun ippreźentata mis-Sur Joe Dimech.
Innu Nazzjonali
Is-Sibt, 8 ta' Settembru, 2012
JUM IL-VITTORJA
Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta' San Ġwann
09.30 hrs Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja tal-Unur minn Putirjal għal Triq ir-Repubblika, Valletta
09.42 hrs Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f'Misraħ San Ġwann, Valletta
09.48 hrs Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
09.51 hrs Wasla tal-Prim Ministru
09.55 hrs Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur
10.00 hrs Quddiesa Pontifikali u kant tat-"Te Deum"
11.10 hrs Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta, assistit miċ-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir, Valletta
Regatta fil-Port il-Kbir
13.00 hrs Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir, organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport. Fir-Regatta tradizzjonali jieħdu sehem il-klabbs affiljati mal-Għaqda Regatta Nazzjonali li huma Birżebbuġa, Birgu, Bormla, Kalkara, Senglea, Marsa u Marsamxett-Valletta jikkompetu f'tiġrijiet tad-dgħajjes tal-midalji b'erba' mqadef; dgħajjes tal-pass b'erba' u b'żewġt imqadef; fregatini b'żewġt imqadef u tmunier u kajjikki b'żewġt imqadef. Ikun hemm ukoll ħames tiġrijiet fil-Kategorija Open u ħames tiġrijiet fil-Kategorija “B”. Fl-aħħar tat-tiġrijiet issir il-preżentazzjoni tas-shields.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017