Left arrow Go Back

IS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA VITTORJA TAL-MELLIEĦA TNIEDI STUDIO MUŻIKALI B’APPARAT MODERN U STRUMENTI ĠODDA GĦAL TAGĦLIM TAL-MUŻIKA LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr1904
Date Icon 04/09/2012

28 banda jibdew igawdu minn skema ta’ Aġenzija Żgħażagħ għal taħriġ mużikali liż-żgħażagħ

“Irridu nagħtu kull opportunità liż-żgħażagh biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.”  Dan qalu l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport meta inawgura uffiċjalment studio tal-mużika, attrezzat b’kompjuters, software modern għat-tagħlim, interactive whiteboard, keyboards u strumenti ġodda għat-tagħlim tal-mużika liż-żgħażagħ, fil-każin tas-Soċjetà La Vittoria tal-Mellieħa. 

Dan il-proġett kien possibbli wara li f’Mejju li għadda l-Gvern qassam mas-€70,000 lill-28 għaqda tal-banda biex iwettqu proġetti għat-taħriġ mużikali taż-żgħażagħ.  Is-Soċjetà Filarmonika La Vittoria tal-Mellieħa kienet, waħda mill-baned li ibbenefikat minn din l-assistenza. 

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli fakkar li din l-iskema li qed tiġi amministrata minn Aġenzija Żgħażagħ hi wiegħda elettorali oħra mwettqa mill-Gvern. Huwa tenna li l-Gvern jemmen bis-sħiħ li l-Każini tal-Baned qed iwettqu missjoni soċjali importanti fis-soċjetà tagħna anke għaliex jilqgħu fi ħdanhom ammont sostanzjali ta’ żgħażagħ u jagħtuhom iċ-ċans li jipparteċipaw fit-tmexxija u fl-attività kollha ta’ dawn l-għaqdiet.

Is-Segretarju Parlamentari qali li l-Gvern jibqa’ impenjat li jsaħħaħ l-ħiliet ta’ kull persuna fis-soċjetà speċjalment taż-żgħażagħ li meta magħmmra b’ħiliet diversi jkunu kapaċi jaħtfu l-opportunitajiet li jiġu quddiemhom.  

Il-Kap tal-Aġenzija Żgħażagħ Ms. Miriam Teuma qalet li l-iskema ta’ taħriġ mużikali hija parti mill-Programm Nazzjonali ta’ Empowerment immexxi minn Aġenzija Żgħażagħ li jippromwovi diversi attivitajiet u programmi li jgħinu liż-żgħażagħ jakkwistaw opportunitajiet u ħiliet ġodda.  Il-programmi ta’ Empowerment ta’ Aġenzija Żgħażagħ jinkludi l-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ, il-konkors kitba għall-adoloxxenti, kif ukoll programmi ta’ Drama.

Fi tmiem l-attività s-Segretarju Parlamentari ppreżenta l-assistenza finanzjarja lill-President tas-Soċjetà s-Sur Paul Mifsud li min-naħa tiegħu irringrazzja lil Gvern tal-għajnuna tiegħu.  Huwa qal li dan huwa investiment b’risq iż-żgħażagħ. 

Għall-inawgurazzjoni tal-istudio mużikali attenda ukoll is-Sindku tal-Mellieħa s-Sur Robert Cutajar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow