STQARRIJA MINN TRANSPORT MALTA
Transport Malta bdiet xogħlijiet estensivi fuq toroq milquta mill-maltemp
Transport Malta bħalissa għaddejja b’xogħlijiet fuq it-toroq li ġarbu ħsarat kaġun tal-maltemp li laqgħat il-gżejjer f’dan l-aħħar jumejn.
Il-bieraħ filgħodu, uffiċjali ta’ Tranpsort Malta bdew mill-ewwel bl-ispezzjonijiet tal-ħsarat li kienu kkawżati. L-ispezzjonijiet saru diġa’ f’diversi lokalitajiet skont il-priorita’ u għalkemm dan l-ezerċizzju għadu għaddej, Transport Malta diġa’ bdiet tagħmel xogħlijiet f’numru ta’ toroq permezz ta’ 8 kuntratturi. Dawn qed jaħdmu bil-lejl u bin-nhar, fejn hu possibbli, biex it-toroq jinfetħu għat-traffiku malajr kemm jista’ jkun.
Barra x-xogħol ta’ manutenzjoni fit-triq qed isir ukoll xogħol ta’ tiswija fuq diversi traffic lights, pelican crossings, dwal u għamara tat-triq.
Mill-ispezzjonijiet li saru, l-aktar toroq li ntlaqtu kienu dawk mibnija snin ilu. Fil-fatt ma ġie rrapurtat l-ebda ħsara fuq it-toroq arterjali li nbnew b’Fondi mill-Unjoni Ewropea jew dawk li kienu ffinanzjati mill-Protokoll Taljan.
Ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa u dawk li se jsiru fil-jiem li ġejjin huma dawn:
Lokalita’ | Isem tat-Triq |
ĊENTRALI | |
Birkirkara | Triq Salvu Psaila |
Birkirkara | Slip road from Msida |
Lija | Triq in-Naxxar |
Lija | Triq in-Naxxar |
Naxxar | Triq il-Labour |
San Ġwann | Triq in-Naxxar |
Birkirkara | Triq il-Wied |
Birkirkara | Triq il-Wied |
Birkirkara | Triq il-Wied |
Birkirkara | Triq Mannarino |
Msida | Triq il-Wied |
Birkirkara | B'Kara bypass |
Msida | Triq Reġjonali |
TRAMUNTANA | |
Mellieħa | Triq it-Telgħa ta' Selmun |
Mellieħa | Triq it-Telgħa ta' Selmun |
Rabat | Triq il-Belt Valletta |
Rabat | Triq il-Belt Valletta |
Rabat | Vjal il-Ħaddiem |
San Pawl il-Baħar | Bypass |
Rabat | Triq Buqana |
Burmarrad | Triq Burmarrad |
NOFSINHAR | |
Siġġiewi / Żebbuġ | Siġġiewi |
Siġġiewi/Żebbuġ | Siġġiewi |
Qormi | under Pepsi bridge |
Hamrun | Il-ħruġ mill-mini ta’ Santa Venera |
Qormi | Qormi |
Luqa | Ingieret |
Żebbuġ | Mdina Road |
Żebbuġ | Attard Road |
Żebbuġ | Mdina Road |
LVANT | |
Marsa | Triq it-Tiġrija |
Marsa | Triq il-Marsa |
Marsa | Triq il-Marsa |
Paola | Vjal Santa Luċija |
Żabbar | Triq l-10 ta' Settembru |
Marsascala | Triq Sant Antnin |
Żejtun | Triq tal-Barrani |
Marsa | Triq Aldo Moro |
Marsa | Triq Diċembru 13 |
Paola | Triq it-Telgha tal-Addolorata |
Ħal Tarxien | Triq San Anard |
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017