Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1901
Date Icon 04/09/2012

Programm intensiv ta’ tindif mit-toroq wara l-maltempati tal-bieraħ

Ħaddiema fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali llum komplew b’ħidma ma taqta’ xejn biex ikomplu bl-operazzjoni ta’ tindif f’toroq arterjali wara l-maltempati tal-bieraħ.

L-ilma li nizel lejn l-inħawi tal-Imsida kaxkar miegħu ammont  kbir ta’ terrapien, ġebel, ħamrija, u oġġetti oħra li tkaxkru mal-ilma u spiċċaw fil-wied tal-Imsida.

Mill-wied tal-Imsida biss inġabar mal-125 tunnellata ta’ skart li kien jikkonsisti f’skart tal-kostruzzjoni, tyres, fridges, għamara, flower pots u materjal ieħor.  Dan kollu inġarr f’aktar minn 30 vjaġġ ġo truck.  Dan l-ammont miġbur illum jingħaqad mal-40 tunnellata ta’ skart miġbur il-bieraħ mill-istess żona, sa f’12.00pm.

Id-Dipartiment tal-indafa pubblika qed jieħu ħsieb jikkordina wkoll tindif fit-toroq kollha arterjali f’inħawi  oħra ta’ Malta bħal Burmarrad, Tal-Barrani, Wied il-Għajn  u Ħal Qormi.

Mill-Wied ta’ Ħal Qormi, ukoll inġabbar ammont kbir ta’ skart li kien ilaħħaq madwar 25 tunnellata ta’ skart.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow