STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
pr1900
04/09/2012
Hekk kif għaddej ix-xogħol biex jerga’ jinkixef il-pont oriġinali ta’ Tumas Dingli, propju fid-daħla tal-pont, instabu ħsarat estensivi li kienu kkawżati minn bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija. Il-ħsara tant hi estensiva li l-ewwel arkata (dik li tmiss mal-Belt) se jkollha terġa’ tinbena. Il-Perit Karl Farrugia kif ukoll l-Projects’ Manager JeanMarc Smits spjegaw li s-sitwazzjoni hija delikata ħafna u se tieħu aktar ħin minn dak maħsub. Madanakollu l-pont ta’ Tumas Dingli xorta għandu jitlesta fiż-żmien stiputat, jiġifieri fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017