CHAIRMAN ĠDID GĦALL-KUNSILL TAL-PROFESSJONI TAL-GĦALLIEMA
L-Avukat Adrian L. Camilleri inħatar Chairman tal-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema għall-perjodu tat-tliet snin li ġejjin. Il-ħatra saret mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina.
Il-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema hu responsabbli fost affarijiet oħra biex jagħti pariri lill-Ministru tal-Edukazzjoni dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-għalliema, jeżamina applikazzjonijiet għal warrants biex wieħed ikun jista’ jeżerċita l-professjoni ta’ għalliem u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar l-għoti jew ir-rifjut ta’ dawn il-warrants.
L-Avukat Camilleri ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle u wara fl-Università ta’ Malta, mnejn iggradwa bħala avukat fl-2004. Fil-professjoni tiegħu speċjalizza fil-Litigazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-Liġi tal-Kumpanniji, il-Liġi Kummerċjali u l-Liġi Ewropea, fost l-oħrajn. Hu speċjalizza wkoll fil-Liġi dwar l-Għaqdiet Volontarji u dik dwar ir-Refuġjati.
Hu wkoll kap tat-taqsima tal-prosekuzzjonijiet tal-Malta Football Association u jmexxi l-azzjonijiet dixxiplinari li tieħu l-assoċjazzjoni. L-Avukat Camilleri hu miżżewweġ lil Dr. Elizabeth Ganado.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017