Left arrow Go Back

CHAIRMAN ĠDID GĦALL-KUNSILL TAL-PROFESSJONI TAL-GĦALLIEMA

pr1897
Date Icon 04/09/2012

L-Avukat Adrian L. Camilleri inħatar Chairman tal-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema għall-perjodu tat-tliet snin li ġejjin.  Il-ħatra saret mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina.

Il-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema hu responsabbli fost affarijiet oħra biex jagħti pariri lill-Ministru tal-Edukazzjoni dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-għalliema, jeżamina applikazzjonijiet għal warrants biex wieħed ikun jista’ jeżerċita l-professjoni ta’ għalliem u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar l-għoti jew ir-rifjut ta’ dawn il-warrants.

L-Avukat Camilleri ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle u wara fl-Università ta’ Malta, mnejn iggradwa bħala avukat fl-2004.  Fil-professjoni tiegħu speċjalizza fil-Litigazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-Liġi tal-Kumpanniji, il-Liġi Kummerċjali u l-Liġi Ewropea, fost l-oħrajn.  Hu speċjalizza wkoll fil-Liġi dwar l-Għaqdiet Volontarji u dik dwar ir-Refuġjati.

Hu wkoll kap tat-taqsima tal-prosekuzzjonijiet tal-Malta Football Association u jmexxi l-azzjonijiet dixxiplinari li tieħu l-assoċjazzjoni.  L-Avukat Camilleri hu miżżewweġ lil Dr. Elizabeth Ganado.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow