Left arrow Mur Lura

RINGRAZZJAMENT LILL-FORZI TAL-ORDNI U LIL KULL MIN TA SEHMU

pr1886
Date Icon 03/09/2012

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jirringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-volontiera tad-Dipartiment flimkien ma' Organizzazzjonijiet volontarji oħra,  il-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll il-ħaddiema ta’ diversi dipartimenti tal-Gvern għall-ħidma li wettqu matul il-lejl u anke dalgħodu wara l-maltempati qawwijin li laqtu l-gżejjer Maltin.

Bis-saħħa tal-interventi ta’ dawn il-ħaddiema u s-sens ta’ sagrifiċċju tagħhom ġew evitati inċidenti li seta’ jkollhom konsegwenzi serji u gravi fuq in-nies u l-propjetà. 

Il-Prim Ministru jirringrazzja wkoll lill-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-mezzi tax-xandir kollha għas-sehem li taw sabiex wasslu t-twissijiet neċessarji lill-pubbliku qabel u matul dawn il-maltempati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow