RINGRAZZJAMENT LILL-FORZI TAL-ORDNI U LIL KULL MIN TA SEHMU
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jirringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-volontiera tad-Dipartiment flimkien ma' Organizzazzjonijiet volontarji oħra, il-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll il-ħaddiema ta’ diversi dipartimenti tal-Gvern għall-ħidma li wettqu matul il-lejl u anke dalgħodu wara l-maltempati qawwijin li laqtu l-gżejjer Maltin.
Bis-saħħa tal-interventi ta’ dawn il-ħaddiema u s-sens ta’ sagrifiċċju tagħhom ġew evitati inċidenti li seta’ jkollhom konsegwenzi serji u gravi fuq in-nies u l-propjetà.
Il-Prim Ministru jirringrazzja wkoll lill-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-mezzi tax-xandir kollha għas-sehem li taw sabiex wasslu t-twissijiet neċessarji lill-pubbliku qabel u matul dawn il-maltempati.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017