Left arrow Mur Lura

INAWGURAT IR-RABA’ CHALLENGER FITNESS CENTRE

pr1879
Date Icon 01/09/2012

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech ilbieraħ inawgura r-raba’ Challenger Fitness Centre, fil-Belt Valletta.

Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-investiment li qed isir mill-privat fil-qasam sportiv li jikkumplimenta l-investiment tal-Gvern, li min-naħa tiegħu qed jinvesti f’aktar programmi sportivi,  f’aktar faċilitajiet sportivi u fit-tisħiħ fir-relazzjoni bejn l-isport u l-attività ekonomika ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Fenech qal li dawn it-tip ta' attivitajiet kummercjali  huma importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna, u li qed jagħtu kontribut ukoll għall-ħolqien tal-ġid u l-impjiegi f'Malta u Għawdex, u fakkar kif anke intrapriżi ta' din in-natura jistgħu jgawdu minn skemi li qed joħloq il-Gvern għan-negozji żgħar, fosthom il-MicroInvest, MicroCredit u l-Microguarantee. Aktar informazzjoni dwar kif sid ta' negozju jista' jgawdi minn dawn l-iskemi hija disponibbli fuq www.businessfirst.com.mt jew fuq Linja tat-telefon 144.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow