Left arrow Mur Lura

IL-GVERN IMPENJAT LI JKOMPLI JSAĦĦAĦ IĊ-ĊENTRI AĊĊESS

pr1870
Date Icon 31/08/2012

Ir-raba’ Ċentru Aċċess fil-gżejjer Maltin, li se jinfetaħ fl-Imsida fi ftit xhur oħra, se jiġi inawgurat fl-10 anniversarju mill-ftuħ tal-ewwel Ċentru Aċċess.  Fl-2002 kien infetaħ Ċentru Aċċess fil-Birgu u minn dakinhar sal-lum infetħu żewġ ċentri oħra fil-Belt Valletta u fil-Qawra.

Dan qalu l-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja waqt Open Day li saret fiċ-Ċentru Aċċess tal-Belt Valletta. Dan iċ-Ċentru, li jinsab fi Triq Melita kantuniera ma’ Triq Zekka, ilu joffri servizzi għal dawn l-aħħar tliet snin u l-open day tal-lum kienet organizzata propju biex jitfakkar dan it-tielet anniversarju.  L-attivitajiet kienu maħsuba biex il-komunita’ tal-Belt Valletta u l-madwar tkun mistiedna tersaq aktar lejn dan iċ-Ċentru minn fejn tkun tista’ tieħu diversi servizzi li tiġi bżonnhom. Dawk li attendew ingħataw diversi servizzi b’xejn, fost l-oħrajn setgħu jagħmlu t-testijiet tal-pressjoni tad-demm u anki tal-BMI.

Karatteristiċi ewlenin taċ-Ċentri Aċċess huma li jinsabu f'postijiet ċentrali biex jilħqu l-komunitajiet ta’ madwarhom, u li jiġbru taħt saqaf wieħed numru ta’ servizzi offruti mill-Gvern u minn aġenziji u dipartiment tiegħu, sabiex b’hekk jonqos l-inkonvenjent għall-klijenti li jagħmlu użu minnhom. Barra minn hekk dawn iċ- ċentri jservu wkoll sabiex joħolqu servizzi u attvitajiet li jkunu ta’ għajnuna lill-komunita’ tal- lokal fejn jkunu.

Il-Ministru Chris Said qal l-missjoni taċ-Ċentri Aċċess hi li permezz ta’ professjonisti f’numru ta' oqsma jippromwovu l-kollaborazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-komunita’ biex titjieb il-kwalita’ ta’ ħajja għar-residenti fil-komunitajiet rispettivi. Il-Gvern jiddedika ħafna enerġija biex tinħoloq sinerġija bejn organizzazzjonijiet differenti li jagħtu s-sehem tagħom fil-komunita’. Fit-tliet Ċentri Aċċess eżistenti, matul dawn l-aħħar snin, kienu impjegati aktar social workers u community workers tal- Aġenzija Appoġġ biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-komunitajiet rispettivi.

Iċ-Ċentri Aċċess joffru numru servizzi mogħtija mid-Dipartiment għas-Sigurta’ Soċjali, mill-Awtorita’ tad-Djar, mill-Aġenzija Żgħażagħ, mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, u mill-Aġenzija Appoġġ fost l-oħrajn.  Uħud miċ-Ċentri Aċċess joffru faċilita’ ta’ child care immexxija mill-Fondazzjoni għall-Servizzi Edukattivi, L-Aġenzija Sapport ukoll toffri s-servizzi tagħha lill-persuni b’diżabilta' permezz ta' day care centre.

L-istatistika turi kif f’dawn l-aħħar xhur aktar nies qed jagħżlu li jinqdew miċ-Ċentru Aċċess l-aktar qrib il-lokalita’ tagħhom.  Minn Jannar sa Dicembru 2011 id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali għamel madwar 16,800 intervent miċ-ċentri Aċċess. L-uffiċċju distrettwali tas-Sigurta’ Soċjali jipprovdi għajnuna u informazzjoni dwar numru ta' benefiċċji soċjali li wieħed jista’ jiġi bżonn, fosthom il-benefiċċji tal-maternita’, il-karta r-roża għal mediċini b’xejn, l-allowance tat-tfal u is-sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan l-uffiċċju jipprovdi wkoll informazzjoni dwar diversi skemi tal-pensjoni.

Il-ħidma tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ fi ħdan iċ-Ċentri Aċċess wkoll hi meqjusa essenzjali hekk kif bejn Jannar u Diċembru 2011 saru iktar minn 20,000 intervent fejn fost dawn, hemm madwar 6,500 il-persuna li ġew irreġistrati għall-ewwel darba mal-Korporazzjoni u xi 18,000 persuna li reġgħu bdew jirreġistraw mal-istess Korporazzjoni. Applikaw ukoll għall-korsijiet madwar 5,000 persuna, ħarġu iktar minn 5,500 offerti għal-xogħol, u gew mogħtija iktar minn 600 Employment History fost numru ta’ servizzi oħrajn. Dawn l-interventi ġew irreġistrati kollha minn operat tal-Korporazzjoni li ġie offrut lil-klijenti minn dawn iċ-ċentri fis-sena 2011.

Iċ-Ċentri Aċċess jippromwovu wkoll l-inklużjoni hekk kif l-Aġenzija Sapport tipprovdi servizz lill-adulti b’diżabilita’ u s-servizzi ta’ matul il-jum. Matul l-aħħar xhur, 17 il-persuna għamlu użu minn dan is-servizz. L-Awtorita' tad-Djar matul dawn l-aħħar xhur offriet is-servizz tagħha lil 112-il persuna. Iċ-ċentri ta’ child care Smart Kids offrew is-servizz tagħhom lil madwar 100 tifel u tifla.

Il-Ministru Chris Said qal li ċ-Ċentru Aċċess il-ġdid li ser jinfetaħ fl-Imsida ser ukoll joffri ħafna minn das-servizzi, fosthom is-servizz ta’ social workers u community workers tal-Aġenzija Appoġġ, uffiċċju rappreżentattiv tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u ieħor tad- Dipartiment tas- Sigurta Soċjali. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ juża dawn is- servizzi fil- komunita’ biex jkunu jistgħu jinqdew aħjar u fl- iqsar żmien possibli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow