Left arrow Mur Lura

REKORD IEĦOR FIT-TURIŻMU

pr1862
Date Icon 30/08/2012

Wara li April, Mejju u Ġunju ta’ din is-sena kienu xhur rekord fit-turiżmu, minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika  jirriżulta li anke Lulju 2012 hu xahar ieħor rekord. F’Lulju  waslu Malta  174,715 turist, li huwa l-ogħla  numru ta’ turisti li qatt żaru Malta fix-xahar ta’ Lulju fl-istorja tat-turiżmu ta’ pajjiżna. Dawn qattgħu 1,695,087 lejl f’Malta, li jfisser żieda ta’ 128,384 (+8.2%) lejl fuq Lulju 2011 u nefqu ‘l fuq minn €190 miljun, żieda ta’ aktar minn €17-il-miljun fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet.

Fl-ewwel seba’ xhur tas-sena  kellna l-ikbar numru ta’ ljieli li qattgħu t-turisti f’Malta b’żieda ta’ 286,732 (+4.7%) iljieli fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra u l-ogħla nefqa mit-turisti b’aktar minn €683 miljun, jiġifieri żieda ta’ aktar minn €40 miljun (+6.4%). Din in-nefqa tiġġenera kummerċ għall-lukandi, ristoranti, bars u diversi kumpanniji u b’hekk tissarraf f’benefiċċju ekonomiku u l-ħolqien ta’ impjiegi.

Dawn ir-riżultati huma frott l-investiment fil-prodott turistiku, l-promozzjoni u l-aċċessibilità. Ir-rotot fl-aħħar snin żdiedu minn 45 fl-2006 għal 81 din is-sena. Maż-żieda fir-rotot jsiru wkoll kampanji ta’ promozzjoni ta’ pajjiżna li huma importanti biex jattiraw aktar turisti lejn pajjiżna. Din l-istrateġija għat-turiżmu qed titwettaq b’mod effettiv bejn il-Gvern u l-MTA, b’koperazzjoni mal-istakeholders fis-settur.

Il-Gvern qed jinvesti wkoll fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna permezz ta’ proġetti kapitali u infrastrutturali filwaqt li qed iħeġġeġ lis-settur privat jinvesti u jibqa’ kompettitiv permezz ta’ diversi skemi mmirati lejn it-titjib fil-prodott, fis-servizz, u fis-sostenibbilità.

Il-Gvern se jibqa’ impenjat li jwettaq politika li ġġib riżultati pożittivi li jsaħħu l-ekonomija u joħolqu x-xogħol. Il-Gvern se jkompli jibni fuq ir-riżulati miksuba anke billi jsegwi l-proposti fil-Politika tat-Turiżmu (2012-2016) immirati li jkomplu jsaħħu s-settur turistiku bħala pilastru ewlieni tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow