Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA

pr1849
Date Icon 28/08/2012

Pazjenti qed jingħataw kura b'xejn barra minn pajjiżna

Passi kbar fil-ġlieda kontra l-kanċer

It-trattament li rreferiet għalih l-Oppożizzjoni li huwa wieħed partikolari ħafna li jingħata permezz ta' Radio Active Iodine u li minħabba neċessitajiet radjoattivi, jeħtieġ li l-pazjent jinżamm iżolat għal xi jiem filwaqt li jgħaddu wkoll xi jiem oħra biex “titnaddaf” il-kamra mir-radjoattività.

Bħal ma kien ħabbar aktar kmieni, il-Gvern għamel arranġementi biex dan it-trattament jiġi offrut lill-pazjent barra minn pajjiżna. Fil-fatt diġà kien hemm 8 pazjenti li ngħataw it-trattament filwaqt li 4 pazjenti oħra se jmorru fil-ġimagħtejn li ġejjin, u aktar pazjenti fil-ġimgħat ta’ wara.  Tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu li, minħabba li l-proċess jinvolvi radjoattività, dan huwa wieħed li jitlob iż-żmien.

Aktar kmieni din is-sena, d-Dipartiment tas-Saħħa talab permess lir-Radiation Protection Board sabiex jinbidlu numru ta’ prattiċi li għandhom iwasslu biex jinqdew aktar pazjent f’iqsar żmien.  Iżda, dan jirrikjedi studju relatat minħabba ir-radjoattività u r-riskji li ġġib magħha.

Sadattant iċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija li qiegħed jinbena bħalissa se jkollu żewġ kmamar apposta għall-pazjenti li jkollhom bżonn dan it-trattament.  Fil-preżent fl-Isptar Sir Paul Boffa hemm kamra waħda biss.

Il-kura għall-kanċer ingħatat prominenza kbira tul din il-leġislatra, permezz ta’ inizjattivi li qed jagħtu l-frott. Il-fatt li llum għandna aktar persuni ħajjin grazzi għall-programm nazzjonali tal-breastscreening, il-fatt li se jibda programm ieħor nazzjonali ta’ screening (colorectal screening), il-bini ta’ Ċentru ġdid tal-Onkoloġija, u l-investiment kontinwu li jsir f’mediċini kontra l-kanċer, proċeduri innovattivi u apparat modern juru fil-prattika kemm il-Gvern hu kommess li jwassal l-aħjar kura għall-ġid tal-pazjent. 

Dan kollu jifforma parti minn pjan nazzjonali dwar il-kanċer li ukoll ġie maħsub u qiegħed jiġi mwettaq minn dan il-Gvern.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow