STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Fi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Uffiċċju tal-President, l-Eċċellenza Tiegħu Dott. George Abela, President ta’ Malta, fisser id-dispjaċir tiegħu għall-mewt tal-Ex-Prim Ministru Dom Mintoff li ddeskriva bħala politiku u statista li kellu effett kbir fuq il-politika lokali kif ukoll fuq il-politika barranija ta’ Malta. Kien politiku li ddedika ħajtu għal pajjiżu. Il-Perit Mintoff jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-akbar fundaturi tal-welfare state f’pajjiżna u ħadem biex jgħolli l-livell tal-għixien tal-Maltin kollha. Kellu l-ideal li jara lil Malta timxi ‘l quddiem permezz ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali fl-oqsma kollha f’ambjent ta’ paċi, sigurtà u prosperità fir-reġjun tal-Mediterran.
Il-President esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-Perit Mintoff u lill-Partit Laburista.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017