STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
B’referenza għall-artiklu ppublikat fil-ġurnal The Sunday Times, il-Ministeru jiċċara dawn il-punti.
Il-Ministru qatt ma tkellem jew ikkorisponda mal-ġurnalist dwar il-każ, għaldaqstant il-kliem attribwit lejħ mhumiex minnhom.
Il-kelliemi tal-Ministeru għas-Saħħa qatt ma ċaħad li kienet saret xi konċessjoni dwar użu ta’ ambulanzi aktar wiesa.
Il-Ministeru jserraħ ras il-pubbliku li kull deċiżjoni tittieħed fl-aħjar interess tal-pazjent u biex il-pazjent jingħata l-aħjar servizz possibbli. Fil-fatt din kienet l-intenzjoni tal-email li waslet għand il-ġurnalist, li kienet biss parti minn sensiela ta’ emails. Filwaqt li huwa importanti li jiġi ċċarat li kull ambulanza użata mill-iSptar Mater Dei tilħaq is-safety standards mitluba fil-kuntratt (EN 1789), f’dan il-każ kienu intużaw żewġ ambulanzi li huma 10cm u 30cm aktar wiesgħa minn dawk tal-isptar Mater Dei. Dawn intużaw għal madwar erba’ t’ijiem.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017