Left arrow Mur Lura

STUDENTI LI DIĠA BDEW IL-KORS TAL-LIĠI MHUX SE JINTLAQTU MILL-EMENDI LI SARU FIL-LIĠI TAN-NUTARA

pr1809
Date Icon 16/08/2012

Dawk l-istudenti li diġà bdew il-kors tal-liġi mhux se jintlaqtu ħażin mill-emendi li saru ftit taż-żmien ilu fil-Liġi li tirregola l-Professjoni u l-Arkivji Nutarili, għax se tkun proposta emenda fl-istess liġi biex il-parti li tirregola min jista’ jeżerċita din il-professjoni ikollha perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin.

Sal-lum student kien jidħol għall-kors tal-Liġi fejn l-ewwel tliet snin tiegħu (Baċellerat fil-Liġi)  kienu jgħoddu kemm għal min ried isir avukat kif ukoll għal min ried isir Nutar.  Wara t-tliet snin biex wieħed jieħu Diploma ta’ Nutar Pubbliku kien ried jagħmel sena studju oħra u wara jagħmel sena prattika f’uffiċċju ta’ Nutar.

Skont il-liġi kif inbidlet unanimament mill-Parlament fl-2011, biex wieħed isir Nutar se jkollu bżonn jieħu dottorat fil-liġi u jagħmel sentejn prattika f’uffiċċju ta’ Nutar. Din se tibda tapplika għal min se jidħol għall-kors tal-liġi f’Ottubru li ġej.

Il-liġi kienet tipprovdi li jkun hemm perjodu transitorju ta’ sena mis-sistema l-antika għal dik il-ġdida.

Dan kien se jolqot ħażin lil dawk l-istudenti li daħlu għall-kors tal-liġi fl-2009, fl-2010 u fl-2011.

Għalhekk, wara rappreżentazzjonijiet li l-Kunsill Studenti Universitarji għamel f’laqgħa li kellu mal-Prim Ministru u mal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina u b’konsultazzjoni mal-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, Jason Azzopardi, kien hemm qbil li l-perjodu transitorju jiżdied għal tliet snin.

Dawk l-istudenti li f’Ottubru li ġej se jidħlu għall-kors ta’ Diploma ta’ Nutar Pubbliku, jiġifieri dawk li għadhom kemm spiċċaw il-kors ta’ Baċellerat fil-Liġi, se jsir eżami apposta għalihom f’Novembru 2014 biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw skont il-kundizzjonijiet li bihom bdew il-kors.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow