TIĠI ESTIŻA L-ISKEMA TAL-FIDI TAĊ-ĊNUS TAL-ART RESIDENZJALI TAL-GVERN
Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur jħabbar li minħabba d-domanda kbira li kien hemm għall-iskema tal-fidi taċ-ċnus li ġiet mħabbra mill-istess Ministeru sitt xhur ilu, din issa se tiġi estiża sal-20 ta’ Settembru 2012 minflok sal-20 ta’ Awwissu, hekk kif kien oriġinarjament ippjanat.
Kull meta feħet din l-iskema, dejjem ssarfet f’suċċess għal mijiet ta’ familji li applikaw sabiex jifdu ċ-ċens tad-dar tagħhom u b’hekk isiru s-sidien tagħhom. L-iskema toffri l-opportunità li min għandu ċens temporanju fuq proprjeta residenzjali tal-Gvern, ikun jista’ japplika biex jifdi ċ-ċens tiegħu b’rati favorevoli u vantaġġjużi. Fl-aħħar 7 xhur biss diġa saru 243 ċens, biex b’hekk dawn il- familji saru sidien ta’ djarhom. Din id-domanda tfisser serħan il-moħħ għal ħafna familji, li dejjem xtaqu jifdu ċ-ċens ta’ darhom sabiex isiru s-sidien tagħhom.
Kull min hu interessat li japplika jista’ jew jidhol fis-sit elettroniku www.gpd.gov.mt u jnizzel l-applikazzjoni minn hemm, jew imur direttament fl-Ufficju Kongunt fi ħdan it-Taqsima Propjeta tal-Gvern, f’Auberge de Baviere, Triq San Sebastjan, fil-Belt Valletta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017