Left arrow Mur Lura

PROĠETT TAL-KUNSILL LOKALI TAL-MUNXAR KO-FINANZJAT MILL-UE F’FAŻI AVVANZATA

pr1805
Date Icon 16/08/2012

Proġett favur turiżmu sostenibbli li qed jiġi implimentat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar fix-Xlendi jinsab f’fażi mill-aktar avvanzata.  Dan il-proġett hu ko-finanzjat mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea – Fond Agrikolu Ewropew – Miżuri 313 u 323. Il-fondi, li jammontaw għal madwar €400,000, kienu akkwistati bl-għajnuna teknika tal-MEUSAC li jassisti kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) fis-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal proġetti ko-finanzjati mill-UE.

Id-dettalji kollha tal-proġett ingħataw waqt żjara li l-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said u s-Sindku Joseph Sultana għamlu fl-inħawi fejn qed isir il-proġett. Fl-inħawi magħrufa bħala il-Kantra fix-Xlendi, sar paviment ġdid bil-materjal tal-qawwi kif ukoll twaħħlu mwejjed u bankijiet sabiex jintużaw minn dawk kollha li jinżlu mal-familji tagħhom biex igawdu x-xena unika u pittoreska ta’ nżul ix-xemx. Saret parti mill-heritage trail  bejn it-torri u l-bajja tax-Xlendi. Diġa tlesta wkoll it-tindif tal-irdumijiet Ta’ Sanap u l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ.  Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda x-xogħol fuq il-pavimentar tal-passaġġ Ta’ Sanap u r-restawr tal-mitħna sotterranja ta’ emerġenza fix-Xlendi.

Il-Ministru Chris Said qal li s-sena li għaddiet il-MEUSAC għen ħames Kunsilli Lokali Għawdxin biex bejniethom akkwistaw €2.3 miljun mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea – Fond Agrikolu Ewropew – Miżuri 313 u 323. Minbarra l-Munxar, dawn jinkludu wkoll il-Kunsilli Lokali tal-Qala, Ta’ Sannat, San Lawrenz, u l-Għarb.

Il-Ministru Chris Said spjega li dawn il-proġetti kollha se jgħinu fil-ħolqien tal-impjiegi f’oqsma bħall-agri-turiżmu, l-eko-turiżmu, u t-turiżmu kulturali. Il-proġetti nfushom se jgħinu wkoll biex il-lokalitajiet li kisbu fondi jkomplu jiżviluppaw b’mod sostenibbli. L-għan aħħari jibqa’ li t-tisbiħ tal-kampanja u r-restawr ta’ postijiet storiċi u rurali jwasslu  biex aktar viżitaturi u turisti jżuru l-lokalitajiet u l-attrazzjonijiet tagħhom.

Hu qal ukoll li l-Kunsilli Lokali saru l-akbar benefiċjarji ta’ finanzjament Ewropew permezz tal-għajnuna tal-MEUSAC. Tul l-erba’ snin li għaddew, il-MEUSAC għen lill-Kunsilli Lokali u NGOs biex bejniethom kisbu €18-il miljun minn programmi differenti tal-Unjoni Ewropea sabiex qed jiġu implimentati 127 proġett differenti.

Il-MEUSAC għandu l-uffiċċju ċentrali fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta iżda joffri numru ta’ servizzi mir-Rabat f’Għawdex ukoll.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow